4306. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti sa issa u kemm minnhom kienu każijiet ta’ serq fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid? Jista’ jgħid fuq kemm-il każ ittieħdu passi?
22/11/2022
ONOR. BYRON
CAMILLERI: Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapport ta’ reati
(crime reports) li ġew irreġistrati fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija,
għal Raħal Ġdid, mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Ottubru 2022, kien ta’ tliet
mija u sittin (360) li minnhom mija u sbatax (117) kienu każijiet ta’ serq.
Minn tagħrif miġbur, sal-lum in-numru ta’ każijiet minn dan il-perjodu fejn
suspettati tressqu l-Qorti, kien ta’ sebgħa u tmenin. L-investigazzjonijiet
għal kull rapport ieħor qed ikomplu.
Seduta 67
06/12/2022
No comments:
Post a Comment