25.3.23

KODIĊI TA’ ORGANIZZAZZJONI U PROĊEDURA ĊIVILI – ITTRI UFFIĊJALI EŻEKUTTIVI

4468. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati ittri uffiċjali eżekuttivi matul din is-sena taħt l-artikolu 166A tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili u jindika kemm kienu fil-Qrati Superjuri?

 

25/11/2022

 

ONOR. JONATHAN ATTARD: Ninforma lill-Onor.Interpellant li n-numru ta’ ittri uffiċjali eżekuttivi ppreżentati matul is-sena 2022 sad-29 ta’ Novembru, huwa kif ġej:

 

Qorti               166A Qrati Inferjuri                       166A Qrati Superjuri

Malta                          2710                                                     129

Għawdex                     105                                                        19

 

Seduta  69

12/12/2022

No comments:

ĦAL TARXIEN/RAĦAL ĠDID – TRIQ NAZZARENU – XOGĦLIJIET

35817. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet...