16.3.23

FGURA – TRIQ IL-KAMPANELLA – XOGĦLIJIET

6522. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 1198 u 5700, tista’ l-Ministru tara li x-xogħol ma jdumx ma jsir fi Triq il-Kampanella, il-Fgura, għax kull darba li tinżel ix-xita l-garages tar-residenti jsiru mhux operabbli?

 

16/02/2023

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet għadhom għaddejjin fl-imsemmija triq. Dan huwa xogħol intensiv li jinvolvi wkoll konnessjonijiet ma’ sistemi ta’ drenaġġ f’toroq oħra. Ix-xogħol qed isir b’kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra li min-naħa tagħhom qed iwettqu wkoll xogħlijiet prinċipali f’din it-triq.

 

Seduta  92

27/02/2023

No comments:

IL-MEDJAZZJONI F'PAJJIŻNA

1. Huwa dejjem tajjeb li dawk li jispiċċaw, jew jafu li ser jispiċċaw f’kawża, ikollhom mod ta’ kif jaslu fi ftehim qabel. Fis-sistema...