25.3.23

ĊENTRU TAL-ARBITRAĠĠ – REĠISTRAZZJONI TA’ ARBITRAĠĠI VOLONTARJI

4465. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja: Jista’ l-Ministru jgħid ġew reġistrati arbitraġġi volontarji u ai termini tal-liġi fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ matul din is-sena u kemm minnhom għadhom pendenti?

 

25/11/2022

 

ONOR. JONATHAN ATTARD: Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din is-sena sat-28 ta’ Novembru 2022, fiċ-Ċentru ġew ippreżentati 23 każ ta’ arbitraġġ volontarju, li minnhom 21 għadhom pendenti.  Fl-istess perjodu, ġew ippreżentati 189 każ ta’ arbitraġġ mandatorju, li minnhom 132 għadhom pendenti.

 

Seduta  69

12/12/2022

No comments:

ĦAL TARXIEN/RAĦAL ĠDID – TRIQ NAZZARENU – XOGĦLIJIET

35817. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet...