
Francis illum ġabar esperjenza
kbira. Il-fatt li ġie appuntat Ministru
f’dekasteri differenti u li mexxa b’aġilità u attenzjoni, kien x’kien is-suġġett,
huwa biżżejjed sabiex wieħed jagħraf li huwa politiku kapaċi. Diversi drabi kelli l-okkażjoni niddiskuti
miegħu fuq dan u kien fonti ta’ informazzjoni.
Speċjalment meta kont Ministru, mhux darba jew tnejn kellimtu u,
fil-gwida tiegħu, kien jgħinni sew.
Pariri tajba u bilanċjati li, mingħajr ma trid, issegwi. Dan għax huwa bniedem li huwa paċi miegħu
nnifsu. Lest li jisma’, u anke fit-tul,
bil-paċenzja u l-attenzjoni ta’ min irid jgħin b’interess ġenwin.
Għalhekk, kien ta’ pjaċir kbir għalija
nara li l-ġimgħa li għaddiet reġa’ ġie maħtur Ministru, din id-darba tal-ogħla
Ministeru – dak tal-Affarijiet Barranin.
Ċert li fil-ħin li għad fadlilha din il-leġislatura ser jagħmel il-marka
tiegħu u jieħu deċiżjonijiet tajba.
Filwaqt li nawguralu, ngħid li jitħoqqlu prosit, u kbira.
No comments:
Post a Comment