1. Il-bieraħ fakkarna għas-sitt darba l-mewt tal-Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni, li seħħet nhar it-2 ta’ April 2005. Qisu verament il-bieraħ li rajna dan il-bniedem, tant ċar fl-ideat, fil-viżjoni u fil-missjoni diretta lejn is-sewwa, il-paċi u l-ġustizzja, jitlaq minn din id-dinja lura lejn il-Missier li ħalaqna. Il-memorja tagħna għadha ħajja, mimlija mhux biss b’immaġini impressjonanti , imma iktar minn hekk bis-sens u s-sustanza li huwa kien kontinwament jgħid. Kliem Karol Wojtyla miktuba, miġbura u mismugħa jibqgħu xrar li jħajruk taħseb, tirrifletti u tinbidel fil-ħajja tiegħek, speċjalment f’dawn il-jiem tant determinanti fil-futur ta’ pajjiżna, tal-Mediterran u tal-Ewropa.
2. Dak li kompla jiżviluppa f’din l-aħħar ġimgħa ta’ din il-gwerra ċivili jkompli jissoda diversi punti mil-linja politika li pajjiżna ħa lejn soluzzjonijiet bejn il-partijiet. Il-konflitt imdemmi qiegħed ma’ kull siegħa jibdel ix-xenarju f’attakki mill-art u ta’ avvanzi u rtirati min-naħa u minn oħra. Hemm sitwazzjoni ta’ tkissir ferm iktar qawwi fil-pożizzjonijiet ta’ dawk li jappoġġjaw it-tmexxija l-antika u dawk li qegħdin jidħlu għal dik li qed tipprospetta ruħha bħala l-ġdida. Dawk madwar Tripli qed isibu ruħhom abbandunati minn iktar uffiċjali għolja, minn tnaqqis li gwerra ġġib fl-ikel, fil-kwalità tal-ħajja u qed jinżlu fil-livell ta’ dawk li qed jikkumbattu magħhom.
3. L-istess dawk madwar Benghazi, li l-mewġa inizjali tagħhom li dehret tant diretta, issa qed narawhom imorru lura, jitolbu aktar “assistenza” militari li fl-aħħar tal-ġurnata twassal għal iktar komplikazzjonijiet. Iż-żewġ naħat, li bdew b’bilanċ kompletament differenti favur min kellu l-aktar armamenti militari b’saħħithom, qed naraw wara tant ġimgħat li qed jilħqu lil xulxin. Il-vjolenza ma twassalx lejn soluzzjonijiet, imma lejn aktar diffikultajiet li ser ikunu ferm iktar diffiċli sabiex jiġu solvuti matul is-snin li ġejjin. Biss, dan l-istrument brutali, li l-bnedmin jaħsbu li bih ser jeliminaw avversarju, jekk jibqa’ għaddej ser jeqred it-tessut neċessarju li jwassal lejn ftehim.
4. Pajjiżna kien, għadu u jibqa’ parteċipant kostruttiv fid-dimensjonijiet politiċi tiegħu. Jekk naqbdu dak kollu li ngħad u sar minna naraw li kontinwament avvanzajna l-bżonn li l-poplu Libjan isib soluzzjoni li twasslu lejn Stat demokratiku, fejn jagħżel direttament hu lil min imexxih. Żammejna l-vuċi tagħna soda fil-fora internazzjonali u Ewropej f’din il-linja. Imxejna ‘l quddiem mingħajr ma ppruvajna niżżattu f’dak li ma jesagħniex, jew li nippruvaw nidhru iktar bravi minn diversi Stati oħra fid-dinja kollha. Għalhekk fid-direzzjonijiet leġittimi li ttieħdu min-Nazzjonijiet Uniti, li biż-żewġ riżoluzzjonijiet 1970 u 1973 stabilixxew azzjoni diretta fuq il-mexxejja Libjani, pajjiżna bħall-bqija tal-komunità mondjali, segwa.
5. Mhux biss, imma żammejna ruħna impenjati fid-direzzjoni umanitarja tagħna. Gwerra, u hemm bżonn li kulħadd jifhem li hemm gwerra ċivili għaddejja, li qegħda tħalli warajha bnedmin feruti bl-effett tas-saħħa tal-armamenti moderi tal-lum, titlob assistenza. Qed nagħtu u ser nibqgħu nagħtu għajnuna f’mediċini għal dawk li qed jikkumbattu għal ħajjithom fl-isptarijiet, li qed joperaw b’diffikultà kbira. Dan il-konflitt militari, sfortunatament uħud jinjoraw l-effett tiegħu. Jaħsbu li dan huwa xi forma ta’ xeneġġjat, ivvintat politikament u li wara ftit, wara li jwarrbu l-ġurnalisti ser naraw dawk li huma mejta mal-art, jerġgħu jqumu.
6. Hemm bżonn li nifhmu aħna wkoll li l-konsegwenza ta’ din il-gwerra għamja hija dik ta’ persuni li jaħarbu għal ħajjithom. L-aħħar fituri juru li madwar erba’ mija u ħamsin elf (450,000) persuna ħarbu lejn il-fruntieri varji tal-Libja. Min ħarab lejn it-Tuneżija, min lejn l-Eġittu, l-Alġerija, n-Niġer, iċ-Chad, is-Sudan, l-Italja u oħrajn lejn pajjiżna. Din hija l-konsegwenza inevitabbli ta’ dak li huwa għaddej, li tista’ tieqaf meta l-partijiet iduru madwar mejda u jsibu ftehim li jwassal għal pajjiż ġdid. U min jaħseb li hemm bnedmin li flok jagħżlu li jsalvaw ħajjithom, ikomplu joqogħdu għall-balal tal-mewt, qed jilludi ruħu.
7. Pajjiżna jibqa’ mpenjat li jassisti u jagħmel il-parti tiegħu bil-pożizzjoni kostruttiva li huwa diġà ħa. Il-vuċi tar-raġuni tagħna mhix ser tispiċċa f’dan il-konflitt, imma għandha tkompli tinstema’. Għalhekk nibqgħu determinati li nagħtu sehemna sabiex dan il-konflitt jispiċċa malajr kemm jista’ jkun, b’soluzzjoni li twassal lejn bidu ġdid. Wieħed demokratiku li l-poplu Libjan, permezz tal-mexxejja tiegħu, jasal għalih. Aħna, fl-esperjenza tagħna, nafu li mingħajr paċi, mingħajr ġustizzja, ma jistax ikollok protezzjoni tad-drittijiet umani, stabilità u ekonomija soda li tiġġenera xogħol u livell ta’ ħajja. Għalhekk ser nibqgħu impenjati f’din il-pożizzjoni kostruttiva.
Merħba fil-blog tiegħi! F’dan l-ispazju nitfa l-kitbiet tiegħi, u għalhekk, il-ħsibijiet tiegħi. Nistiednek tgħidli l-fehema tiegħek billi tħalli kumment taħt il-posts hawn taht.
5.4.11
1.4.11
L-ewwel pass
1. Fi tlett xhur rajna tibdil ta’ taħt fuq fi tlett pajjiżi Mediterranji importanti. Mexxejja li kienu hemm għal snin twal twarrbu wara li ġew kontestati, filwaqt li ieħor għadu qiegħed hemm. Kull poplu mexa u rreaġixxa b’metodi u mekkaniżmi differenti mill-ieħor. Illum tnejn minnhom, it-Tuneżija u l-Eġittu, qabdu l-linja tad-demokrazija. Sa fejn jirnexxilhom jaslu, fl-aħħar tal-ġurnata, huwa l-futur li jrid jgħidilna. Li huwa evidenti però hu li l-poplu ma jridx ikollu dak li kellu fil-passat.
2. L-Eġittu, li jibqa’ pajjiż li għandu sehem determinanti fl-influwenza li jibgħat għar-reġjun, huwa pajjiż b’popolazzjoni numeruża u mimli bi storja li tifirdu minn oħrajn. Immexxi fil-passat mill-Farawni, għadu jħaddan fih din it-tradizzjoni, din l-importanza u l-għarfien li s-saħħa u l-influwenza politika, soċjali, kulturali u ekonomika hija wirt li jżomm naturalment u mingħajr sforzi. Hemm għarfien tal-Istat, tas-servizz tiegħu u ta’ kif il-poter għandu jkun għad-disposizzjoni tal-proxxmu.
3. Ir-referendum li nżamm is-Sibt u l-Ħadd li għadda seta’ ġie injorat sforz dak li qiegħed iseħħ fil-Libja, però huwa ta’ importanza kbira. L-ewwelnett huwa espressjoni ta’ vot popolari. Dawk il-protesti ġew issa trasformati f’deċiżjoni li ħadd ma jista’ jmeri. It-tieni, kien pass vitali sabiex il-poplu jingħaqad f’tama waħda ta’ bidla. L-aspirazzjonijiet ta’ bnedmin li jridu ugwaljanza, ġustizzja u libertà qegħdin joħorġu. It-talba tagħhom għax-xogħol u distribuzzjoni aqwa tal-ġid ekonomiku hemm qegħda.
4. It-tmexxija ta’ Hosni Mubarak kellha stabilità, però l-prezz tagħha sarraf f’diviżjoni kbira. Qasma fil-ġid finanzjarju, fid-drittijiet u l-protezzjoni legali, fil-lingwa u fl-edukazzjoni. Għandek fatturi li rridu naraw kif ser jiġu kkunsidrati minn gvern futur. Minn popolazzjoni ta’ ħamsa u tmenin miljun, għandek disgħin fil-mija jgħixu fil-faqar, li mhux naqas, imma kiber fil-livell. Għandek nofs il-poplu kompletament illitterat, għandek għoxrin fil-mija li huma nsara Kopti emarġinati f’qasma reliġjuża li ġiet strumentalizzata minn Mubarak u l-kumplikazzjoni ta’ lingwi ta’ gruppi oħra ta’ Eġizzjani, bħal-lingwi tal-berberi, tal-bedwini fil-punent tas-Saħara, il-lingwa Nubjana mitkellma fil-parti ta’ isfel u dik il-lingwa Kopta li hija parti mil-liturġija nisranija li għadhom ma ġewx rikonoxxuti bħala parti mit-tessut uffiċjali.
5. L-Eġittu ta’ għada, dejjem jekk irid jibni pedament ġdid, anzi kompletament ġdid, għandu jassigura l-paċi u l-ġustizzja. Però jrid ukoll jikkonċentra iktar fis-sehem li jista’ jkollu fil-pożizzjoni strateġika tiegħu. Jekk ikun hemm demokrazija vera, allura din teffettwa l-pajjiżi tal-Magħreb, ta’ taħt l-Eġittu u l-Ġordan, il-Lebanon, il-Libja u Iżrael. Jekk dan il-pajjiż daqshekk popolat isir pro-attiv, ser jinfluwenza u fl-istess ħin ikun fattur ta’ stabilità aqwa. Ir-referendum li seħħ nittamaw li biddel, però m’għandux ikun pass uniku, imma l-bidu ta’ passi kbar oħra li jwasslu lejn aktar demokrazija.

24.3.11
It-taqlib mondjali
1. Żgur mhux forsi, l-eventi li bdew dawn l-ewwel xhur ta’ din is-sena ser ikollhom l-effetti tagħhom. Għall-mument huma parti minn spettaklu traġiku li qed naraw il-ħin kollu jiżviluppa quddiemna. Dak li seħħ fil-Ġappun, u għadu għaddej sallum, ħa bix-xieraq l-attenzjoni prinċipali tal-mezzi kollha ta’ komunikazzjoni. Dak li ħalla warajh it-terremot u ftit wara l-mewġ li b’saħħa u qawwa biddel il-pajjiż ta’ taħt fuq.
2. Il-Ġappun għaddej minn sitwazzjoni xejn faċli u ma hemmx dubju li t-taqbil li qiegħed isir mal-attakk atomiku li batew f’Hiroshima u Nagasaki huwa f’postu. Għat-tieni darba, dawn il-gżejjer mimlija b’tant kultura u storja, qed jerġgħu jaraw devastazzjoni ta’ dimensjoni apokalittika umana. Meta jitneħħa t-tifrik, meta jinġabru l-persuni li sfortunatament tilfu ħajjithom ser insibu numri ferm akbar milli qegħdin naħsbu. Traġedja mill-ikreħ li ser nibqgħu nitkellmu fuqha għas-snin li ġejjin.
3. Quddiem tant devastazzjoni rrid ngħid li dan il-poplu rebaħ l-istima ta’ diversi għall-mod eżemplari ta’ kif qed iġib ruħu. Bnedmin li raw ħafna ma’ wiċċhom iżda li affrontaw kollox b’kuraġġ storiku. Quddiem tant ħerba u tkissir, ħafna żammew saqajhom mal-art, isegwu u jippruvaw jieħdu d-deċiżjonijiet li permezz tagħhom ġew salvati diversi bnedmin. Mhux biss, iżda jidher ċar diġà li beda l-proċess ta’ rikostruzzjoni, verament mhux faċli tenut kont tal-impatt u d-devastazzjoni li hemm.
4. Il-problemi li dan it-terremot daqshekk qawwi ħolqilhom nafuhom, u nafu wkoll li ser isibu diffikultajiet kbar sabiex jerġgħu jiġu fuq saqajhom. Il-kwistjoni tal-impjanti nukleari hija kumplikazzjoni ferm u ferm iktar qawwija minn dak li konna qegħdin naraw inizjalment. Jidher ċar li l-muturi enerġetiċi li żammew għal dan il-perjodu modern, li ggarantew l-iżvilupp ekonomiku qawwi li l-Ġappun ra wara t-Tieni Gwerra, fallew kompletament. Mhux biss intlaqtu, waqfu jaħdmu, imma issa wkoll qegħdin jirriskjaw serjament saħħet l-istess ċittadini. Raġuni oħra ta’ gravità ikbar.
5. Il-pajjiż laqqat daqqa enormi li, żgur mhux forsi, ser taffettwalu l-iżvilupp tiegħu kompletament. Id-dipendenza nukleari ser ikollha tiġi drastikament mibdula, ma hemmx dubju. Ir-riskji ta’ din il-katastrofi huma evidenti, dawk tal-futur ser ikunu ferm iktar qawwija. Ma naħsibx li l-gvern attwali, li evidentement ġiet fuqu din il-pożizzjoni u dan proprju wara snin twal fl-oppożizzjoni, qiegħed iħares lejn li jħalli l-affarijiet kif inhuma. Kemm hemm l-abbiltà politika li terġa’ tqiegħed ir-ritmu rridu naraw. Nafu biss li jekk ma ssirx, ikun hemm kaos ikbar.
6. Proprju Naoto Kan, il-Prim Ministru tal-Partit Demokratiku tal-Ġappun (DPJ) li daħal fil-poter wara snin twal tal-Partit Liberal Demokratiku, jaf li dan it-terremot ser jixħtu kompletament lura ekonomikament u fuq quddiem sabiex jipprovdi tweġibiet. Illum nafu li dan il-pajjiż ser jgħaddu minn fuqu snin twal sabiex jerġa’ jieħu r-ruħ. Dak li kien qabel, issa ser ikollu jinbidel u dan b’impatti varji. Jaf li l-Ġappun mhux ser jibqa’ fost il-pajjiżi l-iktar żviluppati, u dan ser jeffettwa l-ekonomija tar-reġjun u mondjali. Aħna wkoll ser inħossu din l-iskossjatura, sija direttament, kif ukoll indirettament. Nittama li l-proċess sabiex il-Ġappun jerġa’ jiġi lura fuq saqajh isir bis-solidarjetà tagħna lkoll.

14.3.11
Il-vjolenza għaddejja
1. L-eventi ta’ dawn l-aħħar tlett ġimgħat sarrfu fi gwerra ċivili bejn bnedmin li jgħixu f’din l-art ta’ taħtna. Il-ġlied, il-konflitti, il-qtil ta’ diversi għaddej ma’ kull jum f’passaġġ twil ta’ vjolenza li, aktar ma jmur, aktar qed jikkomplika ruħu. Għalkemm insegwu dak li huwa għaddej minn fuq il-mezzi varji tax-xandir internazzjonali qisu xi parti minn xi serje twila ta’ programm, fir-realtà hemm traġedja umana qegħda sseħħ. Il-persuni qed jisparaw u joqtlu lil xulxin, m’humhiex ser iqumu wara imma jindifnu.
2. Il-ġlied bejn il-bnedmin jitwieled mill-mibgħeda. Rabja għal xulxin li, ġaladarba tiżvoga fil-ġlied estern bi sparar, ħruxijiet u b’atti varji ta’ disprezz ma terġax iġġibha f’postha. Bħalissa qed nassistu għal tixrid ikbar ta’ mibgħeda li jidher ċar li kienet ilha tinġabar is-snin, li però issa ħarġet kompletament barra. Ix-xeni f’dawn il-jiem ta’ kumbattimenti intensivi, ta’ postijiet imfarrka b’marki ta’ artillerija, bombi u sparar qegħdin joħorġu sabiex juru rebħa ta’ naħa fuq oħra, imma fil-verità huma evidenza ħajja ta’ dak li qiegħed iseħħ u li aħna ma nifhmuhx biżżejjed.
3. Is-soluzzjonijiet għal dawn il-konflitti ma jiġux faċli, dejjem jekk wieħed jista’ jitkellem fuq soluzzjoni. Il-partijiet huma tant għal għonq xulxin li jekk ma jieqfux mill-ġlied, ma tkun tista’ qatt iġġibhom madwar mejda ta’ diskussjoni jew medjazzjoni. Anzi, mill-analiżi li qegħda ssir il-ħin kollu, jidher li kull naħa daħħlitha f’rasha li tista’ tgħix billi telimina lill-avversarju fil-kamp tal-battalja. Il-Libjani min-naħa ta’ Bengazi u dawk fuq in-naħa l-oħra ta’ Tripli għandhom diġà f’moħħhom li ser ikun impossibbli li xi ħadd minnhom jgħix taħt l-ieħor. Jekk tirbaħ naħa telimina lill-oħra, ma hemmx dubju, u dan twettqu sistematikament.
4. Min qiegħed fil-kamp tal-battalja jaf li qabad triq li kważi huwa mpossibbli li jerġa’ lura minnha. Dan ifisser iktar ħruxijiet, iktar determinazzjoni ta’ naħa jew oħra sabiex ma ċċedix. Ngħid żgur u mhux forsi li dawn it-tlett ġimgħat sarrfu f’rigress kbir għall-ekonomija, għall-ħajja soċjali u politika tal-pajjiż. Il-miżerja li qiegħed jinżel fiha jrid sforzi kbar sabiex jerġa’ joħroġ minnha, u dan nafuh mill-esperjenza ta’ kull konflitt qawwi li jsir bl-armamenti moderni tal-lum. Diġà t-Tieni Gwerra Dijija ħalliet, u għadha sal-ġurnata tal-lum tħalli effetti negattivi varji ta’ dawk l-atroċitajiet li saru 'l fuq minn sittin sena ilu, aħseb u ara dawn.
5. Id-dinja, il-komunità ta’ pajjiżi fil-Ġnus Magħquda, jridu jirreaġixxu għal dan, però kulħadd japprezza li m’huwa xejn faċli li ssib is-soluzzjonijiet mingħajr ma tispiċċa hija wkoll parti minn din il-vjolenza. Id-diskussjonijiet militari jagħtu soluzzjonijiet ta’ ġlied, sparar u konflitti u huwa diffiċli jsibu toroq differenti. Żona fil-Libja li fuqha ma jistgħux itiru l-ajruplani ma tissarrafx bix-xejn, imma b’interventi militari mill-ajru. Ir-riżultat ser ikun, żgur mhux forsi, komplikazzjonijiet oħra, iktar mewt, iktar tbatija, involviment xejn faċli għal dinja mimlija feriti u problemi varji.
6. Bħala bnedmin jista’ jkollna minn fostna li jimmaġina li l-vjolenza tista’ titwaqqaf bil-vjolenza, però x-xenarju hawn ma tistax tipprevedih. Għalhekk, diversi Stati li narawhom bħala parti mill-forza tal-ordni mondjali qegħdin joqogħdu lura. Dak li qiegħed jiżviluppa fil-Libja huwa parti sħiħa minn tastieri varji li ma jidhirx li għax-xhur li ġejjin ser joqogħdu lura u ma jiċċaqilqux. Ebda Stat waħdu m’għandu s-saħħa militari u ekonomika biex jindaħal f’kull konflitt, f’kull kriżi, iktar u iktar meta l-prezzijiet taż-żejt u ċ-ċereali ndikati fil-passat riċenti jitilgħu jiġru 'l fuq f’temp ta’ ftit siegħat.
7. Il-vjolenza li għaddejja, id-diżastri naturali li qegħdin issa naraw fil-Ġappun, il-kriżi ekonomika mondjali, jekk ma jinħadmux b’attenzjoni jkunu l-bidu ta’ anarkija qawwija. Dak li nafu llum jaf jispiċċa f’daqqa, bħal ma rajna meta waqa’ l-Ħajt ta’ Berlin u kif qed naraw fid-dinja Għarbija, u għalhekk wieħed jista’ jifhem il-kawtela tal-pajjiżi li, fil-passat, jafu x’ħallsu u x’qed iħallsu għall-intervent tagħhom. X’ser jiġri fl-aħħar tal-ġurnata fil-konflitt li qed isir taħtna ser juruhulna l-jiem li ġejjin. Żgur mhux forsi, il-vjolenza ħarxa u qawwija li għaddejja ser ikollha biss effetti u impatti negattivi għall-poplu Libjan u għall-pajjiżi tal-Mediterran.
Dan l-artikolu deher fil-ħarġa ta' Il-Mument tat-13 ta' Marzu 2011.

5.10.10
Niġġieldu l-korruzzjoni - mingħajr konfronti
1. Il-pubblikazzjoni ta’ żewġ abbozzi ta’ liġi, kif imħabbra nhar il-Ħamis, 30 ta’ Settembru mill-Prim Ministru f’konferenza stampa, għandhom iservuna bħala passi ta’ għaqda u mhux ta’ konfront. L-abbozzi ta’ liġi li jdaħħlu l-kunċett tal-Whistleblower u dak li jemenda fil-fond il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni huma opportunità unika sabiex iż-żewġ naħat tal-Kamra jingħaqdu. Hawn opportunità għal iktar maturità u għarfien lill-poplu li kull naħa, Gvern u Oppożizzjoni, huma kontra l-illegalità u l-korruzzjoni.
2. Għalkemm hemm min jaħseb li f’dan il-perjodu partit jista’ jirbaħ punti politiċi billi jimplika u jakkuża lill-ieħor b’aġir żbaljat, b’dak ta’ korruzzjoni, fir-realtà mhux qed jinduna li qiegħed iċekken il-klassi politika kollha. Kemm ilni fil-politika ppruvajt ma naqax fin-nassa li ngħajjar lill-membri taN-naħa l-oħra bħala persuni li huma korrotti. L-ewwel, għax ma nemminx li xi ħadd miż-żewġ naħat tal-Kamra huwa korrott, anzi nemmen li nkun qed nikkorrompi t-tessut demokratiku jekk nallega li xi ħadd huwa korrott, meta naf li dan mhux! It-tieni, għax nagħraf li l-Parlament għandu jkun dejjem magħqud kontra l-korruzzjoni li ssir barra u li, meta nidħlu f’kontroversji politiċi inutili tispiċċa minflok tinqabad, tiżgiċċa u taħrab.
3. L-Oppożizzjoni, anke jekk ma taqbilx ma’ dan għax forsi tħoss li qegħda titlef “xi żiemel tal-battalja”, trid tirrikonoxxi li min huwa korrott ma jagħmilx miżuri legali intenzjonati sabiex jinqabad, imma jaħrabhom u ma jagħmilhomx. Naħseb li huwa żball politiku fit-tul li l-partit mhux fil-Gvern jipprova jċekken dawn il-miżuri li qegħdin jingħaqdu ma’ diversi oħra. Ħidma fid-direzzjoni opposta hija iktar indikata fil-klima politika tal-lum, fejn aktar persuni fl-elettorat tagħna jħarsu lejna b’xettiċiżmu u kritika, fejn kull pedestall jew rispett tmermer. Irridu ningħaqdu għall-politika t-tajba, li t-tnejn nittama li rridu.
4. Ma nippretendix ftaħir għal dawn il-passi legali, li fihom qegħdin ninkludu atti ta’ illegalità u korruzzjoni fis-setturi privati, kummerċjali u pubbliċi, però naħseb li jkun żball li nippruvaw nitqatlu meta t-tnejn għandna nagħtu sehemna iktar. Għamilna ħilitna sabiex infasslu abbozzi ta’ liġijiet li jwieġbu għall-kumplessità u għall-iżviluppi tal-lum. Ikun żball tal-Oppożizzjoni li, flok tieħu sehem bil-kalma mingħajr polemiċi żejda, topponi u ċċekkinhom. Il-verità hija li hemm lista’ twila ta’ liġijiet li saru tul dawn l-aħħar snin sabiex inżidu fil-mekkaniżmi ta’ kontroll li hawn il-bżonn li nwassluhom lill-poplu, miż-żewġ naħat tal-Kamra.
5. Huwa żball li bil-kritika nagħtu l-impressjoni li dawn l-għodda legali u amministrattivi favur, u għad-disposizzjoni taċ-ċittadin, ma jeżistux. Meta nagħmlu dan inkunu qed insaħħu l-korruzzjoni u l-illegalità għax in-numru ta’ persuni li qed jaraw u ma jitkellmux u li jridu jersqu 'l quddiem biex jirrappurtaw, jonqos. L-impressjoni li tingħata bil-misinformazzjoni hija fiha nnifisha kontro-produċenti għax flok turi li hemm sistema, li min verament ikkommetta atti ta’ korruzzjoni hemm liġi li tikkastigah; hemm diversi, anzi hemm varjetà ta’ istituzzjonijiet li jinvestigaw tali fatti u jieħdu l-passi jekk ikun il-każ, dak li jkun minflok jaħseb li dawn ma jeżistux, u min iwettaq dawn l-atti jibqa’ ma jinqabadx.
6. Issa, iktar u iktar bl-abbozz ta’ liġi dwar il-“Protezzjoni ta’ Min jiżvela Informazzjoni li tkun Protetta” ser ikun hemm għodda għal dak il-ħaddiem li qiegħed jara irregolarità, illegalità fil-post tax-xogħol u li flok jimxi 'l quddiem u jirrapporta, joqgħod lura u ma jitkellimx. Dan l-abbozz iżid fit-trasparenza, fil-kontabilità, fil-legalità, imma fuq kollox iżid fil-valur tax-xogħol għall-ħaddiem Malti u Għawdxi. Iżid, l-ewwel, għax jara tibdil u osservanza tal-liġi fil-post tax-xogħol, fl-ambjent, fil-kundizzjonijiet ta’ saħħa tiegħu; u t-tieni, jassigura aktar l-istabilità tal-post tax-xogħol tiegħu, tal-impjieg tiegħu għax jassigura li l-kumpannija li jaħdem fiha taħdem skond is-sewwa u tosserva l-kapital tal-patrimonju tagħha u mhux titilfu fl-illegalità.
7. Hawnhekk hawn opportunità unika għall-politika Maltija. Meta naħa tgħajjar lill-oħra bil-korruzzjoni, bl-aġir żbaljat, ara ma jmurx xi ħadd jaħseb li fost il-poplu kulħadd jaħseb li naħa hija korrotta u ma jibdewx l-ispekulazzjonijiet u l-għidut fuq min ikun xeħet it-tajn. Mingħajr konfronti u polemiċi inutili għandna nibgħatu l-messaġġ hemm barra li ż-żewġ naħat tal-Kamra huma magħquda kontra l-korruzzjoni. Dawn l-abbozzi saru bl-ikbar serjetà u ħadna l-passi kollha neċessarji sabiex ikollna l-aqwa liġijiet li jiffunzjonaw f’pajjiżna u għalhekk nappella sabiex flok inċekknuhom, ningħaqdu sabiex ikunu mezzi effikaċi u diretti li l-poplu, il-ħaddiem ikollhom fiduċja sħiħa fihom sabiex jużawhom kif jixraq.

26.2.10
Wara x-Xitwa
1. Ma nafx liema politiku jista’ jgħid li fil-ħajja pubblika tiegħu m’għaddiex minn problemi ta’ ċertu entità. Min jagħmel din id-dikjarazzjoni jkun qed jiċċertifika l-karriera tiegħu bħala sterili u mingħajr ebda marka. Il-politiku t-tajjeb, dak li jħalli memorja tajba warajh huwa dak li jħares lejn il-problemi li ħaddieħor jarahom bħala impossibbli, jaffrontahom u jġibom possibbli. Ħidmet il-politiku hija mingħajr dubju mimlija bi kwistjonijiet, intoppi u barrieri imma l-istorja tiġġudikah b’kemm kien kapaċi joħroġ il-pożittiv minnhom.
2. Ix-xitwa ġġib magħha l-maltemp, ix-xita u l-kesħa. Għalkemm mhux kull staġun huwa l-istess fl-intensità tiegħu, però nafu li mingħajr xitwa kif għandha tkun ma jkollniex il-frott f’dawk l-istaġuni ta’ wara. L-intensità u l-kwantità ta’ l-ilma li nirċievu huwa determinanti għalina bħala pajjiż. Pajjiż li m’għandux il-muntanji jew xmajjar, imma b’xi mod sab l-alternattivi tajbin għax proprju bl-intelliġenza, il-kuraġġ, id-determinazzjoni u l-perseveranza tal-politiċi tagħna li għandna soċjetà Maltija li hija l-ikbar f’kull seklu ta’ eżistenza tagħna.
3. F’dawn il-jiem rajna parti mill-bijografija ta’ ħajjet il-President Emeritu Eddie Fenech Adami fuq ix-xandir nazzjonali. Diversi minna ħassew ruħhom meħuda lura fil-passat. Għadda minn mumenti iebsa u proprju kienu dawn li għaġnuh f’dak li sarraf bħala mexxej fil-poter. Kien l-inkwiet, id-diffikultajiet, in-nuqqas ta’ korrettezza, l-aġir anti-demokratiku li sawwru u basktu t-tafal li jifforma ġismu. Ma nistgħux nippretendu, bħalma hu ma ppretendiex, li mexxej politiku jista’ jagħżel il-problemi li għandu jaffronta. Dawk li jiġu jridu jintgħelbu, kif u skond l-għaqal politiku li jġorr.
4. M’għandix dubju li l-mexxej preżenti tagħna Lawrence Gonzi m’għandu ebda sitwazzjoni jew xenarju differenti. Problemi kienu hemm, għad hemm u għad irid ikun hemm – ħadd ma jista’ jaħrab dan. Anzi, l-istorja tgħallimna li l-mexxejja l-kbar kienu u jibqgħu dawk li vinċew. Dawk li sabu l-maltemp però ħadmu sabiex ġiebu l-kalma, dawk li sabu ruħhom fl-ilma jagħli u flok tfarrku ssudaw iktar ruħhom huma l-mexxejja l-kbar. Lawrence Gonzi, minn meta ħa l-ġurament tiegħu bħala Kap ta’ dan il-Partit kellu jaffronta l-problemi u minn dak li għandna quddiemna għelibhom kif kellhom jingħelbu.
5. M’għandux ix-xenarju li kellna meta konna fl-Oppożizzjoni u dak li mmaterjalizza wara li dħalna lura fir-responsabbiltà tal-Gvern wara sittax-il sena, imma għandu xenarji oħra u l-Bambin ibegħedna milli jerġa’ jkollna dan. Kull pożizzjoni fiha diffikultà tagħha u ma tistax tiġi mċekkna jew minimizzata. Is-sabiħ tat-tnejn huwa li żammew il-kalma, mxew bir-raġuni u spiraw ruħhom fil-prinċipji demokratiċi nsara. Ma smajna b’ebda forma ta’ imġieba ħażina. Ma rajnihomx jitilfu l-għaqal tagħhom fi ħmerijiet, aġir li jnaqqas id-dinjità tal-bniedem iżda żammew id-dekor u l-imġieba korretta. Mhux biss, imma l-poter f’ebda mument ma tela’ għal rashom, anzi żammew l-ego tagħhom f’postu.
6. Ix-xitwa tiġi u tkun traġedja jekk ma tiġix. Però warajha jiġu l-istaġuni l-oħra. Il-paċi interna li għandna u l-għarfien li rridu naħdmu kemm nifilħu sabiex nagħmlu l-ġid lill-poplu tagħna jżommna għaddejjin f’dak li rridu nagħmlu. Il-Partit Nazzjonalista fis-snin li ilu jeżisti kellu l-barka ta’ mexxejja għaqlija, onesti, nsara u ppreparati għal kull forma ta’ nkwiet. Dan hu anki llum bil-Prim Ministru tagħna bl-eventi li qed ibasktuh u jissudawh f’dak li hu kapaċi jkun mexxej għaqli u sod ta’ dan il-poplu Malti u Għawdxi. Ix-xitwa tiġi, però warajha jiġu l-istaġuni l-oħra.
Dan l-artikolu deher fil-ġurnal Il-Mument tal-21 ta' Frar 2010

Il-Greċja ta' Papandreou
1. Ftit xhur ilu kelli l-opportunità li niltaqa’ mal-Prim Ministru l-ġdid tal-Greċja George Papandreou. L-okkażjoni kienet laqgħa li saret ġewwa Berlin għall-kapijiet ta’ diversi gvernijiet fl-okkażjoni tal-għoxrin anniversarju mill-waqgħa tal-Ħajt. Hemm kelli l-ħin li niddiskuti miegħu fit-tul sija l-problema ta’ l-immigrazzjoni irregolari, kif l-aħjar wieħed jidħol għaliha fl-istituzzjonijiet Ewropej, kif ukoll diversi sitwazzjonijiet internazzjonali. Rajt li huwa ppreparat u anzi determinat li jibda jirriforma dak li l-Greċja għandha.
2. Ir-rapporti diplomatiċi bejnna u l-Greċja huma tajbin ħafna. Naqblu fuq diversi punti ta’ ħidma u nista’ liberament ngħid li fiż-żmien li sibtni nokkupa din il-kariga kelli appoġġ fil-linji ta’ azzjoni li ħadt, jew ppruvajt nieħu. Mort ukoll f’Ateni u xtaqt li jkolli l-Ministru tal-Intern Grieg f’pajjiżna, imma dan ma kellux ikun. Niftakar li Prokopis Pavlopoulos kellu sitwazzjonijiet xejn faċli x’jaffronta, b’diversi rewwixti li qamu fl-ibliet prinċipali. Għal xhur sħaħ għaraq id-demm.
3. Il-problema li wiret dan il-Gvern ta’ Papandreou hija fis-sustanza l-istess li kellu ta’ qabel, salv li meta Karamanlis (li ġie f’pajjiżna u ltqajt miegħu wkoll) kien ipprova jibda proċess tar-riformi neċessarji sab quddiemu ħajt imkaħħal bi strajkijiet, vjolenza fit-toroq u aġir anti-demokratiku mill-anarkiċi. Niftakar waqt li kont f’dik il-belt, li minnha nbdiet ħafna miċ-ċiviltà Mediterranja tagħna, ġejt imgħarraf li ta’ kuljum partijiet minnha kienu qed jingħalqu minħabba dimostrazzjonijiet varji.
4. Il-Greċja għadu l-pajjiż li għad għandu fil-Parlament tiegħu partiti fuq ix-xellug estrem attivi u għalhekk għall-partit konservattiv ta’ Karamanlis kien iktar komplikat sabiex issib tarf, speċjalment tad-dimostrazzjonijiet tal-unions varji. Issa l-Gvern Soċjalista għandu quddiemu defiċit ta’ kważi tlettax fil-mija (13%) li jrid jara kif sejjer b’xi mod iniżżel għal tlieta fil-mija (3%), li huwa aċċettabbli fl-Unjoni Ewropeja taħt ir-regoli ta’ stabbilità finanzjarji. Id-deċiżjonijiet li Papandreou jrid jiffaċċja u jieħu m’humhiex jew ser qatt ikunu faċli. Altru tgħid fuq karta u altru tipprova twettaqhom f’atmosfera ostili għall-aħħar.
5. Id-deċiżjonijiet, u nittamaw, l-id soda fuq ir-riedni taż-żiemel sfrattat ta’ l-Istat Grieg għandhom effett mhux biss direttament fuqhom, iżda anke fuqna. Jekk il-Prim Ministru Grieg iżomm sod allura ma jkollniex l-effetti negattivi li defiċit ta’ dak il-marġini għoli ser inevitabbilment iġib fuq kull membru tal-Unjoni Ewropeja. L-impatt fuq l-ekonomiji taż-żona ewro ser ikun iebes, meta tqis li l-Griegi huma debituri bankarji varji fl-ammont ta’ 300 biljun dollaru. Jekk ma jżommux mal-linja ta’ riforma, d-defiċit tagħhom iġib kriżi finanzjarja oħra.
6. Is-sitwazzjoni hija verament ta’ serjetà kbira meta tikkonsidra li ma nafx x’jonqoshom jagħmlu biex joħorġu mill-kriżi. Hemm diġà ipotekati toroq u l-ajruporti tal-pajjiż. Għandhom kumpannija “Aeolas” li rahnet id-dħul kollu ta’ l-ajruplani għal snin twal, kważi sal-2019. Oħra, l-“Areadne” rahnet id-dħul ta’ l-Istat mil-lotteriji nazzjonali. Il-Greċja daħlet uffiċjalment fil-kategoriji ta’ Stati Ewropej li qegħdin fix-xifer ta’ kriżi mega-finanzjarja u dan mhux 'il bogħod fl-Istati Uniti, imma tefgħa ta’ ġebla 'l bgħid minna.
7. Pajjiżna dan qisu m’huwa xejn. Għal uħud qisu ma teżisti ebda problema barra minn xtutna li ser taffettwana, għax għandek uħud jgħixu f’dinja għalihom. Jgħidu x’jgħidu dawk li ma jridux il-ġid lill-Gvern, però aħna qegħdin ferm aħjar minn ħaddieħor. Is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tagħna hija aqwa minn dik ta’ oħrajn u hemm bżonn li napprezzawha. Jekk naġixxu b’mod irresponsabbli nispiċċaw li nkissru dak li, fl-aħħar tal-ġurnata, huwa fl-interess ta’ kull min jgħix f’dawn il-gżejjer li jinżamm. Bħall-ġudizzju ta’ Salamun, il-poplu jagħżel min huwa favur li jippreserva l-ġid tat-tarbija, mhux li joqtolha billi jħarbatha.
Dan l-artikolu deher fil-ġurnal Illum tal-21 ta' Frar 2010

Subscribe to:
Comments (Atom)
KWISTJONI TA' DINJITA
1. Bħalissa l-aġenda tad-dinja hija mimlija b’tip, metodu ta’ politika barranija li m’aħniex imdorrijin biha. Konfrontattiva flok ibba...
-
10922. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qegħdin...
-
9944. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza: Jista’ l-Ministru jgħid ke...
-
27921. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu: Jista’ d-Deputa...