33472. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu: Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’pożizzjoni uffiċjali ttieħdet minn pajjiżna fir-rigward tas-sitwazzjoni preżenti fil-Venezwela?
07/01/2026
ONOR. IAN BORG: Ninforma lill-Onor.
Interpellant li l-pożizzjoni ta’ Malta hija allinjata mad-dikjarazzjoni mwassla
mir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u
Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Kaja Kallas, f’isem 26 stat membru
tal-Unjoni Ewropea, fl-4 ta’ Jannar 2026. Din id-dikjarazzjoni qed titpoġġa fuq
il-Mejda tal-Kamra.
Seduta Numru 426
No comments:
Post a Comment