22.1.26

RAĦAL ĠDID - ĠNIEN SAN ALWIĠI - XOGĦLIJIET

33470. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu x-xogħlijiet li kellhom isiru f’dak li preċedentement kien Ġnien San Alwiġi, Raħal Ġdid?

 

07/01/2026

 

ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li x-xogħol fuq Ġnien Silvio Parnis fi Triq San Alwiġi beda kif ippjanat matul ix-xahar ta’ Diċembru 2025 u għandu jitlesta sa nofs din is-sena.

 

Seduta Numru 426

21/01/2026

No comments:

RAĦAL ĠDID – TRIQ GĦAJN DWIELI – XOGĦOL

35179. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: B’referenza għat-tweġib...