33469. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm viżitaturi fl-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni, possibbilment maqsuma skont is-sess, matul is-sena 2025, kemm kien hemm dħul u infiq fl-istess sit u kemm kien hemm bejgħ ta’ pubblikazzjonijiet?
07/01/2026
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li
n-numru ta’ viżitaturi li żaru l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni matul is-sena 2025
kien 26,812. Informazzjoni dwar is-sess tal-viżitaturi ma tistax tingħata
peress li Heritage Malta ma tiġborx dan it-tip ta’ data mingħand il-viżitaturi.
Bejgħ ta’ pubblikazzjonijiet mis-sit kien €26,674.
Informazzjoni dwar id-dħul u l-ispejjeż mis-sit matul is-sena 2025 ma
tistax tingħata bħalissa, peress li s-sena finanzjarja ta’ Heritage Malta għadt
ma’ ġietx magħluqa. Din l-informazzjoni tkun disponibbli u aġġornata f’Marzu
2026.
Seduta Numru 426
21/01/2026
No comments:
Post a Comment