21.1.26

IL-BIRGU - MUŻEW MARITTIMU

33464. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq il-Mużew Marittimu tal-Birgu matul is-sena 2025, kemm kien hemm viżitaturi u kemm inbiegħu pubblikazzjonijiet?

 

07/01/2026

 

ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li n-numru ta’ viżitaturi li żaru l-Mużew Marittimu sa Mejju 2025 kien 15,864. Wara Mejju l-Mużew ingħalaq għall-pubbliku. Il-bejgħ ta’ pubblikazzjonijiet mis-sit kien ta’ €12,289.

Ninsab infurmat ukoll li l-informazzjoni dwar id-dħul u l-ispejjeż mis-sit matul is-sena 2025 ma tistax tingħata bħalissa, peress li s-sena finanzjarja ta’ Heritage Malta għadha ma’ ġietx magħluqa. Din l-informazzjoni tkun disponibbli u aġġornata f’Marzu 2026.

 

Seduta Numru 425

20/01/2026

No comments:

SEMPLIĊEMENT NIPPRETENDU

1. Numru ta’ drabi niddubita kemm il-klassi politika qegħda tifhem lill-poplu. Forsi, kif jiġri, min imexxi tant qed jiġi assedjat min...