Insellem
2. F’dan insellem id-dedikazzjoni ta’ dawk li jkunu ġenerużi fil-ħin tagħhom. Dawk li inevitabbilment jinqatgħu mill-familja, mir-rutina tal-ħidma lavorattiva tagħhom sabiex jirnexxi l-iskop. Wieħed ċentrali li permezz tiegħu s-soċjetà timxi ’l quddiem. Id-demokrazija hija mibnija fuq dan il-pedament sod. Hija dik li tmur kontra idea mibnija fuq l-ispirtu tal-kapitaliżmu, li fih kull persuna hija għal rasha u taħdem jekk trid. Indifferenti lejn il-bżonnijiet jew l-eżistenza tal-oħrajn. Anzi fil-ġustifikazzjoni totali li tiġi ppremjat għax qed taħdem int u l-oħrajn affari tagħhom. Inkella penalizzat għax m’intix suċċess. Kultura li ssib ħafna riċerka dwarha, ibda minn Max Weber u kompli f’oħrajn li studjawha jew avversawha. Fir-realtà, il-Kristjaneżmu huwa miftuħ, altruwista, mhux rgħib u jrid kondiviżjoni tal-ħajja.
Nammira
3. Nammira iktar lil dawk li minkejja kull kurrent fis-soċjetà materjalista u konsumista li bnejna, huma nvoluti fil-volontarjat. Dawk li daħlu tant li kważi huma ‘miżżewġa’ lil diversi għaqdiet varji, ħafna drabi marbuta mal-kostellazzjonijiet tal-Knisja. Imma hemm ukoll dawk sportivi, edukattivi, kulturali u politiċi. Bnedmin li bħalissa huma mfittxija, li bħall-popolazzjoni qed jonqsu, imma li fil-fatt qed iħallu l-fjamma għaddejja għal quddiem. Jittamaw fil-futur waqt li jkomplu jservu fil-preżent. Dawk li s-soċjetà tagħna ma tirrikonoxxix. Anzi, dawk li l-psewdo-borgeżija ta’ wħud tipprova tiddisprezzahom għax huma ħidmet il-baxx. Mentri fil-verità huma l-ġebla tax-xewka ta’ komunità li tagħraf il-bżonn ta’ xulxin u tal-ħidma flimkien. Nammirahom li anke jekk m’għandhom ebda rikonoxximent veru, lanqas fuq livell nazzjonali, jibqgħu għaddejjin. Il-volontarjat jimmerita li jiġi koltivat ai termini tas-soċjetà teknoloġikament avvanzata fl-istat Ewropew li ninsabu fih.
Mhux għax investiment
4. Fil-fatt, f’dan hemm dawk li indipendentement mill-ġenerożità u l-għarfien tas-sejħa naturali tal-bniedem li jidħlu għax jaqblilhom. Dawk li jinvestu għax jista’ jkun li jiġu fil-bżonn. Skala forsi inqas minn dik tal-pożizzjoni ġenerali u miftuħa. Hemm ukoll dawk li diġà ġarrbu u qed iwieġbu lura bħala rikonoxximent għax sabu ruħhom fiha. Miftuħa sabiex jagħtu lura parti, speċjalment dawk li jgħaddu minn mard serju, dak marbut ma’ operazzjonijiet barra minn xtutna. Inkella dawk li jirċievu għajnuna sabiex jinxtraw mediċini li fis-servizz mediku normali mhuwiex possibbli li jinstabu. Bnedmin li fil-ġlieda għall-ħajja jew il-mewt tagħhom jew ta’ membri familjari oħra jsibu ruħhom fiha. Meta titkellem u tmiss magħhom tifhem dejjem iktar kemm huwa importanti li l-ġenerożità tibqa’ tiġi rikonoxxuta u mħajra. Il-bżulija importanti, imma daqshekk ieħor l-altruwiżmu. Stat tajjeb u organizzat mhuwiex bażat, u anzi, m’għandux ikun bażat fuq l-egoiżmu. Din għandha tkun regola u lezzjoni.
Kif tagħti
5. F’dan nibqgħu fil-libertà assoluta ta’ kif għandna nimxu u nġibu ruħna mal-oħrajn fl-atti tagħna. Ċertament l-Istat m’għandux jindaħal, imma għandu jippremja, jfaħħar u jirrikonoxxi lil dawk li, b’xi mod, jagħtu. Fl-ideat u kunċetti varji żbaljati tas-separazzjoni naturali bejn l-Istat u l-Knisja hemm min jaqa’ fil-foss tan-nuqqas ta’ rikonoxximent. Kull knisja, kull kappella f’pajjiżna tara li tiġbor għall-oħrajn. Hemm l-għarfien ta’ dawk li jinsabu l-iktar ’l isfel. Dawk li mhumiex ser jaslu sal-Belt Kapitali imma li għandhom, fil-mistħija tagħhom, il-bżonn. Hemm livell iktar ’l isfel li tmiss miegħu l-Knisja fil-kunventi u fil-parroċċi tagħha, li ħadd ma jkun jaf bih. Anzi, li ħafna drabi, il-grad jew il-bżonn veru jkunu jafuh direttament huma. F’dawk li jitolbu u fil-bżonn ferm ikbar li effettivament ikollhom. Bnedmin li forsi għandhom drittijiet għal għajnuniet soċjali li ma jingħatawlhomx, jew li lanqas ikunu jafu li għandhom dritt għalihom. Persuni li ssir taf fil-ħajja, fil-kantunieri varji tagħha. Kemm hawn tbatija li ma nafux biha, u kemm hawn minn dawk li qed iġorruha fis-silenzju!
Il-Politika Ġeneruża
6. F’dan aktar wieħed jidentifika l-linja politika ta’ bnedmin fiha. Jekk hijiex miftuħa lejn il-ġenerożità jew le. Jekk tħarisx sabiex tibni s-sewwa fl-altruwiżmu jew le. F’dan diġà huwa ċar li min qiegħed fiha jiddistingwi ruħu jekk kemm-il darba jkunx qiegħed iwettaqha għax jaħdem u jservi lill-oħrajn, inkella lilu nnifsu. Hemm min jimmaġina li dawk li daħlu fiha għall-ego tagħhom huma politiċi aħjar, imma r-realtà turi l-kontra. Jiġu ttantati lkoll, imma jaqgħu b’iktar veloċità jew pjaċir dawk tat-tieni kategorija. Iżda l-ġenerożità tal-bniedem fil-politika tibqa’ dawl u tibqa’ tissemma. Hija dik l-element determinanti li s-soċjetà sħiħa tibqa’ grata għalih. Fil-laqgħat varji mal-poplu nibqa’ nsib lil dawk li jfakkru politiċi preċedenti għall-ħidmiet ġenerużi tagħhom iktar milli għall-proġetti kbar li kienu wettqu.
Nirringrazzja
7. F’dan għalhekk irrid nirringrazzja lil dawk kollha li huma ġenerużi fis-soċjetà. Dan l-artikolu mhuwiex biżżejjed sabiex jirrikonoxxi, imma xorta nħoss li dan għandu jinkiteb u jingħad. Il-Festi tal-Milied ifakkruna u jmexxuna. Dil-ġurnata sabiħa u reliġjuża hija fil-fatt ġebla tax-xewka tagħna l-Maltin u l-Għawdxin. F’dan aktar, irrid nawgura mill-qalb il-Milied it-Tajjeb u Qaddis lilek, Sur Editur, lill-ħaddiema tagħna kollha u lilkom li ssegwu kitbieti u tħajruni nkompli bil-pinna tiegħi.

No comments:
Post a Comment