Merħba fil-blog tiegħi! F’dan l-ispazju nitfa l-kitbiet tiegħi, u għalhekk, il-ħsibijiet tiegħi. Nistiednek tgħidli l-fehema tiegħek billi tħalli kumment taħt il-posts hawn taht.
4.11.11
Għażel triqtu?
1. F’dawn il-jiem wara t-tmiem tal-ħajja tal-Kurunell Muammar Ghaddafi u ta’ erbgħin sena tar-renju tiegħu, erġajt mort lura f’numru ta’ eventi mill-passat. Ftakart f’xi konversazzjonijiet li kelli mal-Ġeneral Abdel Fatah Younis, li kien jokkupa l-kariga ta’ Ministru tal-Intern fl-aħħar “gvern” ta’ Ghaddafi. Kien dirett lejn il-punt. Ebda forma ta’ diplomazija, anzi persuna tal-armata li kellu f’rasu li jrid jibqa’ fil-poter mhux bl-użu sempliċi jew normali tal-politika. Kull meta rajtu laqagħni ta’ persuna li kien jikkonsidra ħabib.
2. Fi Frar ta’ din is-sena kien ċar li kienet ġejja r-rivoluzzjoni. Niftakar f’dak li rajt u ħassejt meta f’Diċembru tal-2010 kont lura Tripli. Fl-aħħar ta’ Jannar, fil-kurituri tal-Parlament tagħna ltqajt ma’ membru tal-Oppożizzjoni u għidtlu li kien jidher ċar li ċaqlieq kien ser ikun hemm u li kien differenti ħafna minn dak tas-soltu. Ngħid li Ghaddafi stess kien ħass dan, għax diskorsu f’dawk il-jiem kien, biex ngħid, l-inqas interessanti. Ftakart li f’mument, ma’ dan il-Ġeneral Younis, jien u nkellmu bl-Ingliż u jweġibni lura bl-interpretu għamilt żball. Għidtlu li kont nippreżumi li stajt nitkellem bit-Taljan ladarba rajtu li qisu l-Ingliż ma jippossjedihx. Ħabta u sabta dar fuqi u qalli, issa bl-Ingliż, li huwa kien min-naħa ta’ Benghazi, mhux Tripli, u għalhekk it-Taljan ma jħaddmux. Rajtha iktar tard stramba din ir-reazzjoni, kważi nazzjonalista ta’ parti mil-Libja minn xi ħadd li ħarġet bħala molla f’poplu li suppost ilu magħqud mill-1952.
3. Anke f’Diċembru, meta mort għal laqgħa ta’ jumejn, li f’daqqa waħda nbidlet f’waħda ta’ nofs ta’ nhar. Fejn is-soltu kien ikolli s-sigurtà bħala Ministru tal-Intern, f’daqqa waħda sibt ultra-sigurtà. Immur fejn immur kelli purċissjoni ta’ karozzi u muturi li xejn ma kien iżommhom lura. L-atmosfera bejn il-ministri l-oħra kienet hi wkoll interessanti. Dawk li kienu ġejjin mit-Tuneżija, l-Alġerija, l-Marokk u l-Mawretanja qisu kienu qed iħossu li xi ħaġa kienet qegħda tbaqbaq minn taħt. Fejn is-soltu ħafna ferħ, diskors u trasmissjoni ta’ ħsieb li xejn ma jwaqqafhom, kien hemm attenzjoni. Fatah Younis biss rajtu li għad għandu kontroll fuq ta’ madwaru.
4. Kif sibtni b’daqshekk ħin fuq idejja u li ma stajtx naqbad u niġi lura, talbthom li f’jum jeħduni Leptis Magna u l-għada Sabrata. Fejn is-soltu ma kienx ikun hemm problemi jew ostakli għal dawn ix-xewqat, ressquli ħafna skużi fuq Leptis Magna u Sabrata ħaduni kmieni filgħodu, mas-sebgħa u nofs. Dan il-komportament ukoll kien stramb. Il-Ministru tal-Intern, fejn is-soltu kien ikollu l-ħin, sparixxa – kif għamlu l-ministri l-oħrajn li qisu riedu jagħtu l-messaġġ li kienu skansawha.
5. Għalhekk ma rajt xejn stramb jew ta’ barra minn hawn meta ġejt infurmat li wara s-17 ta’ Frar kien hu, dan il-Ministru tal-Intern li telaq lil Ghaddafi l-ewwel. Żamm ruħu ‘l bogħod minn mal-poplu proprju għax kien jaf kemm hu sogru kbir li dar kontra minn ħatru. Ma hemmx dubju li kien lura mal-poplu tiegħu deċiż li jikkumbatti bl-aħjar abbiltajiet tiegħu sabiex ineħħi dan ir-reġim. Żgur li mexxa l-moviment militari sabiex jaqleb billi kien jaf ma’ min qed jagħmilha. Kif nafu, spiċċa maqtul huwa wkoll tul il-gwerra f’ċirkostanzi misterjużi f’mument mill-iktar delikat. Uħud jgħidu li qatluh naħa, oħrajn oħra.
6. Li però baqa’ impress f’moħħi kienet intervista li saritlu fil-bidunett tal-konflitt. Ġie mistoqsi kif Ghaddafi ser jispiċċa. Ma kellux illużjonijiet u kien jaf sew il-persuna li kien qiegħed jitkellem dwarha. Iddikjara li ma kienx ser jaħrab jew iċedi l-poter, anqas li jneħħi ħajtu, imma li jagħżel li jinqatel bl-armi f’idu bħal martri. Dawn il-kliem baqgħu jidwu fil-kurituri ta’ moħħi f’dawn ix-xhur, biss fl-aħħar xahrejn tlaqthom.
7. Reġgħu ġew lura quddiemi fl-aħħar xeni tal-qtil tal-Kurunell Ghaddafi. Għalkemm rajt u qrajt dikjarazzjonijiet ta’ stmerrija mill-pajjiżi bħal tagħna li jħaddnu prinċipji demokratiċi li jesiġu li kull pesuna għandha tiġi proċessata u ħadd ma jista’ jieħu l-liġi f’idejh, reġgħu ġew f’widinti kliem Younis. Kien mill-iktar stramb kif Ghaddafi, li seta’ jaħrab qabel, seta’ jsib kenn f’pajjiż ieħor, għażel li jibqa’ hemm. Iktar diffiċli li għażel li jinstab waħdu, abbandunat ġewwa post li ma naħsibx li kien qiegħed jittama li ma jarawhx. Wara tant nies miegħu, possibbli ħallewh waħdu f’dik it-toqba? Mingħajr ma ridt, tajjeb jew ħażin staqsejt: “Għażilha hu?”. Kienet din it-triq li għażel? Ried jinżel fil-moħħ tiegħu bħala martri? Domandi li għalihom m’għandix tweġiba.
3.11.11
Il-vittmi tar-reat
1. Għadni nemmen li l-proċess legali li jsir ġewwa l-qorti ta’ ġurisdizzjoni kriminali għandu jkompli jissoda l-pożizzjoni tal-persuna li tkun sofriet minn delitt. Tul dawn is-snin saru numru ta’ emendi li permezz tagħhom il-vittma tar-reat ingħatat iktar sehem importanti. Sehem determinanti kif denjament jixirqilha. Forsi fi żminijiet oħra il-ħsieb kien li l-vittma kienet tkun biss xhud li mhux neċessarjament hemm bżonnha, speċjalment meta l-akkużat jammetti fil-bidu. Illum il-vittma għandha dritt li tkun preżenti, flimkien mal-avukat tal-fiduċja tagħha ssegwi, tistaqsi u tressaq il-każ tagħha direttament. Dan biddel il-kunċett tal-proċess minn kif kien mitt sena ilu.
2. Illum il-pożizzjoni komplejna mmexxuha ‘l quddiem u l-persuna li sofriet ħsara f’reat għandha issa d-dritt li titlob li l-qorti, fis-sentenza tagħha, tiddeċiedi kemm għandha tiġi mħallsa mill-persuna li nstabet ħatja. Daħħalna fil-Kodiċi Kriminali li f’ġudizzju wieħed ikun hemm deċiż il-ħtija u l-ħlas tad-danni lill-vittma tar-reat. Dan sar sabiex titnaqqas it-tbatija u titneħħa kemm jista’ jkun id-diffikultà li wara li jkun hemm ir-reat, il-vittma trid tiftaħ hi għal rasha kawża ċivili oħra. Naf b’diversi persuni li spċċaw abbandunaw kollox għax ma ridux jerġgħu jitilgħu l-qorti ma’ min sawwathom u għamlilhom il-ħsara.
3. Hemm żewġ effetti iebsa li jmissu lill-vittmi tar-reat: l-ewwel u ovvjament, id-dwejjaq, atrit u xi drabi wkoll id-dipressjoni, li joħorġu mir-reat innifsu; it-tieni (mhux dejjem ovvju għal min jipprattika fil-qrati) id-diffikultajiet, it-taqtiegħ il-qalb u t-tensjoni li jiġu mal-fatt li l-vittmi jridu jerġgħu jgħidu x’ġara, jerġgħu jgħixu l-mument u jsibu lilhom infushom mistoqsija hekk li xi drabi jsiru qisu kienu huma l-persuni li wettqu r-reat. Il-vittimizzazzjoni sekondarja hija fejn nistgħu naħdmu aktar sabiex innaqqsu minn dik is-sofferenza li l-vittmi jgħaddu minnha speċjalment meta ma jkunx hemm attenzjoni u sensittività għalihom. F’din il-linja, tul dawn l-aħħar tlett snin ħdimna fuq żewġ livelli sabiex nimxu aktar maż-żminijiet u nagħtu ferm iktar strumenti u mekkaniżmi legali sabiex nissudaw lill-vittmi.
4. Din il-ħidma saret fuq livell nazzjonali u fuq dak tal-Unjoni Ewropea. F’pajjiżna għamilna passi kbar ‘il quddiem fl-abbozz ta’ liġi dwar il-Ġustizzja Riparatriċi. Dan il-pass legali sar b’kawtela u attenzjoni sabiex nassiguraw kemm jista’ jkun li aktar persuni jagħtu sehemhom u jkunu ppreparati għall-impatt tagħha. Bidliet fil-kultura fil-mekkaniżmi legali u fl-aspetti amministrattivi huma mistennija li jidħlu u għalhekk dan irid ikollu xogħol preparatorju li diġà dħalna għalih u ser inkompluh. L-iktar parti importanti għalina hija dik marbuta mal-attenzjoni li għandna nagħtu lill-vittmi tar-reat issa, mhux fil-kwistjoni biss ta’ tul il-proċess kriminali, imma wara, meta l-imputat ikun instab ħati u kkundannat għall-ħabs.
5. Jekk kollox jibqa’ sejjer kif għandu, lejn l-aħħar tas-sena nkunu nistgħu nippubblikaw ukoll il-lista tas-servizzi u drittijiet li l-vittma tar-reat għandha tistenna mill-Istat Malti. Hawn qed indaħħlu kunċetti ġodda bħal drittijiet ta’ informazzjoni, ta’ medjazzjoni u ta’ assistenza li qabel ma kienx hemm. Dan huwa pass importanti li nittama li nistgħu nkomplu nibnu fuqu. Biss, dan m’huwiex biżżejjed għalina, speċjalment meta wieħed iħares lejn dak li ntlaħaq minn pajjiżi oħra.
6. Kien għalhekk li diversi drabi ressaqt ‘il quddiem il-bżonn, speċjalment fil-Kunsilli Informali ta’ kull Presidenza Ewropea, li jkollna dokument tal-Unjoni Ewropea li jopera u jaħdem mas-sebgħa u għoxrin Stat Membru. Fortunatament din is-sena, fit-18 ta’ Mejju 2011, tressqet għall-ewwel darba proposta għal Direttiva tal-Parlament u tal-Kunsill biex jiġu stabbiliti “minimum standards on the rights, support and protection of victims of crime”. Din il-proposta ħadet passi kbar oħra li għandhom ikomplu jżidu fil-kontenut. Diġà mxejna ‘l quddiem, però għad fadal x’jiġi diskuss u l-proċess legali Ewropew jieħu ż-żmien tiegħu. Aħna naraw dan il-pass bħala wieħed determinanti għax permess tiegħu għandna nkomplu nwieġbu għar-realtà tal-lum li tħares li tagħti dinjità u assistenza ikbar lil min jgħaddi minn din l-esperjenza negattiva. Determinanti li s-sena li ġejja l-Parlament ikollu quddiemu abbozz ta’ liġi fuq dan.

2.11.11
Il-kapitolu l-ġdid
1. Hemm tibdiliet politiċi li jsiru f’daqqa minn jum għal ieħor, bħal sajjetta. Hemm oħrajn li jseħħu f’perjodu itwal ta’ żmien. Hemm dawk li jsiru b’mod paċifiku, fil-kors u perkors naturali tal-bniedem jew taħt termini legali. Hemm dawk li jsiru bid-demm, bil-ġlied, bil-qtil, bit-tkissir u t-tifrik. Hi kif inhi, il-bidla ssir imma t-triq wara ma tkunx l-istess. Dawk paċifiċi jistgħu jkomplu jibnu malajr fuq dawk li ħallew ta’ warajhom, mentri l-imdemmija jridu jitilqu mill-ġdid.2. Il-mewt, li saret inevitabbli, tal-Kurunell Muammar Ghaddafi tul l-aħħar ġimgħa trid tinqara’ fid-dawl ta’ din il-perspettiva. Ladarba tibda r-rivoluzzjoni, diffiċli żżommha lura billi tipprova tifga’ fid-demm. Hekk ġara. Ma hemmx dubju li dak il-poplu Libjan iħossu liberat fl-istess ħin minn żewġ sitwazzjonijiet li żviluppaw. L-ewwel: il-ħelsien minn reġim awtoritarju li uħud gawdew miegħu mentri oħrajn taħtu sofrew bl-ikrah. It-tieni: il-liberazzjoni mill-ġlied imdemmi li kien iġib il-mewt mhux lill-ħżiena biss, imma lil kulħadd. Il-balal u l-sparar ma jirraġunawx – jolqtu u joqtlu.
3. Dan il-poplu Libjan għandu ħafna quddiemu għalxiex jaħdem. Ser ikollu l-appoġġ sħiħ tagħna, però hu jrid jipprepara, jaqdef u jaħdem sabiex jibdel dak li wiret illum. Ma hemmx dubju li l-ġlieda prinċipali tiegħu ser tkun waħda kulturali. Kif tibdel ir-rapport mal-poter minn wieħed ta’ dipendenza u serviliżmu għal soċjetà demokratika. Il-bini tal-istituzzjonijiet demokratiċi mhux ser isir mil-lejl għan-nar. Ma jistax u ma għandux anqas jiġi impost, imma assistit. L-istrutturi preżenti għandhom toroq twal biex jinbidlu għax fl-aħħar erbgħin sena baqgħu mwaħħlin, weqfin.
4. Pajjiżna ilu jagħraf ir-realtà Libjana f’sitwazzjonijiet varji. Mexxa min mexxa, hawn u hemm kien hemm rabtiet, rapporti diplomatiċi u kummerċjali skont kif u kemm il-persuni direttament involuti riedu. Minn mumenti ta’ normalità kellna dawk strambi. Bħal meta rajna d–dħul tal-lingwa Għarbija fl-iskejjel tagħna bilfors jew meta kellna mblukkar għat-tfittxija taż-żejt. Pajjiżna però, żamm l-indipendenza sħiħa tiegħu, anke meta kien ikun hemm messaġġi ċari minn dak ir-reġim li m’huwiex jieħu gost b’dak li qed nagħmlu aħna. Xorta saru da parti tagħna, anke jekk kellna mewġ ta’ bnedmin mibgħuta lejna biex jipprovaw iġibuna f’xi forma ta’ kriżi. Illum aħna nafu li kif ried juża din l-arma mat-Taljani, użaha magħna wkoll. Aġir mill-iktar kundannabbli fuq il-livell uman u fir-rapporti politiċi magħna.
5. L-aġir tar-reġim ta’ Ghaddafi sawwar diffikultajiet kbar, però llum għandna quddiemna xenarju kompletament differenti. Il-Partit Nazzjonalista kien ferm iktar progressiv u kuraġġuż fil-ġlieda li seħħet din is-sena. Il-Partit Laburista kien fuq in-naħa l-oħra, ferm u ferm iktar kawt u lura. Ma ħassx jew ma għarafx biżżejjed li l-poplu kien xeba’ mir-reġim. Forsi deherna li konna qed nissugraw, biss fir-realtà konna qed inkunu veritieri mal-prinċipji li għandna mnaqqxa f’qalba: l-libertà, il-ġustizzja u d-demokrazija. Ma stajniex immorru lura minn dak li dejjem sostnejna: “Is-sewwa (verament idum imma) jirbaħ żgur”.
6. Ma jiddispjaċini xejn mill-kontribut li tajna sabiex ikun hemm futur differenti. Pajjiżna mexa kif kellu. Ma ħasilx idejh imma ħa ħsieb li jibda jibni l-pedament ta’ kapitolu ġdid. Ir-rapporti mal-memorja preżenti ta’ dak il-pajjiż bnejnihom mertu tal-kuraġġ, id-determinazzjoni u viżjoni tal-Prim Ministru. Hemm rabtiet personali bażati fuq il-prinċipji tad-demokrazija, mhux tad-dittatura. Fix-xhur li ġejjin, pajjiżna jrid ikun ippreparat biex jieħu l-opportunitajiet il-ġodda sew. Dawn jistgħu jsiru ferm aħjar minna li bnejna din ir-rabta. Kapitolu ġdid infetaħ beraħ. Nagħmlu ħilitna sabiex nibnuh tajjeb.
L-impatt fuq is-sistema
1. Fil-bidu ta’ Ottubru, wara li l-Parlament f’Lulju kien approvah, daħal fis-sistema legali tagħna l-kunċett tad-divorzju. Mhux ser nidħol fil-merti jew fid-demerti ta’ dan. Dak sar qabel u wara r-referendum. Illum il-poplu ddeċieda u l-maġġoranza tal-membri tal-Kamra ttrasformaw dan f’liġi. Liġi li bdiet tiġi applikata fl-ewwel xahar tagħha, fil-Qrati tagħna, minn diversi persuni. Diġà hemm ukoll każijiet li ġew preżentati u oħrajn li ġew jew waslu biex jiġu deċiżi. Is-sistema bdiet taħdem u minn hawn ser naraw il-vantaġġi u l-iżvantaġġi legali tagħha.
2. Fil-liġi li ġiet approvata hemm, mingħajr ma nkun dettaljat, bażikament erba’ toroq li fihom jidħol fin-nofs id-divorzju. Hemm, l-ewwel, talba li ssir minn parti waħda, fejn jingħad li l-partijiet ilhom mifruda erba’ snin; it-tieni, talba li ssir miż-żewġ partijiet fiż-żwieġ fejn jaqblu li ilhom mifruda; it-tielet talba ssir billi f’kawża ta’ separazzjoni li hija diġà preżentata u pendenti quddiem il-Qorti tiżdied magħha t-talba għal divorzju u r-raba’, meta parti jew oħra tkun trid tibda l-proċess tad-divorzju billi jmorru l-ewwel fil-medjazzjoni u wara f’kawża. Għalhekk quddiem il-Qorti daħlu każijiet varji f’dawn it-toroq legali.
3. Fil-preżent, il-volum tax-xogħol m’huwiex wieħed għoli u dan għal żewġ raġunijiet. L-ewwel il-kwantità, in-numri għadhom baxxi u t-tieni, l-konċentrazzjoni tal-każijiet huma marbuta ma’ jew talbiet fejn parti trid tiddivorzja u l-oħra le u dawk fejn jaqblu t-tnejn fiż-żewġ każijiet għax għamlu erba’ snin separati. Dawn il-każijiet, fil-maġġoranza tagħhom m’għandhomx ikunu daqshekk ikkumplikati u għalhekk m’għandhomx l-istess sitwazzjoni bħal dik f’kawża normali ta’ separazzjoni. Apparti dan daħlu wkoll numru li rikbu fuq kawża ta’ separazzjoni li hija diġà pendenti u dawn ukoll mhux ser iżidu fil-volum tax-xogħol legali billi l-kawża hija mibnija. Huma dawk li jmorru għall-medjazzjoni li wieħed jista’ jara li jista’ jkollhom impatt fit-tul.
4. Issa, matul ix-xhur tas-sajf kien hemm min ħaseb li fl-ewwel perjodu kien ser ikun hemm kwantità kbira ta’ każijiet. Saret kritika u kien hemm min ipprova jmaqdar is-sistema tal-Qorti tal-Familja u fl-istess ħin ipprova jargumenta li l-kawżi ser idumu għax ma hemmx min jieħu ħsiebhom. F’dan il-perjodu ma ħassejtx li għandi nikkummenta pubblikament proprju għax hu diffiċli li wieħed jipprevedi x’ser jiġri fil-futur. Ħadt ħsieb li l-amministrazzjoni tkun ippreparata, issegwi jum b’jum sabiex tieħu l-miżuri li jkun hemm bżonn. Dan għax ir-riżorsi tal-Istat iridu jiġu użati tajjeb u b’mod bilanċjat. Id-divorzju huwa ġdid, huwa parti mis-sistema u allura jrid jitħaddem però daqshekk ieħor il-każijiet l-oħra jridu jiġu ttrattati bl-istess sforz.
5. Żammejt din il-pożizzjoni wkoll għax kelli min jiġbidli l-attenzjoni għall-istatistika li wriet li l-kawżi tal-annullament, li huma kkumplikati u jridu aktar il-ħin tal-Qorti, naqsu. Mis-soltu mitejn, daħlu madwar sebgħin. Mhux biss, imma anke l-każijiet li ssoltu jmorru quddiem il-medjaturi raw ukoll tnaqqis, prinċipalment fil-każijiet fejn il-partijiet jippreżentaw abbozz ta’ kuntratt ta’ nutar. Dawn, minn bejn wieħed u ieħor 450 każ niżlu għal 200 każ. Apparti dan, fuq in-naħa l-oħra rajt li hemm ukoll il-kwantità ta’ kawżi li ġew terminati f’kemm ilha li daħlet fis-seħħ il-Qorti tal-Familja, sija dawk ta’ annullament, kif ukoll ta’ separazzjoni u ma’ dawn id-diversi każijiet ta’ medjazzjoni li ngħalqu tul is-snin, b’din is-sena 1,117 ġew konklużi sal-aħħar ta’ Settembru. Ma’ dawn baqgħu jiġu deċiżi b’ritmu kostanti l-kwantità kbira ta’ rikorsi li jidħlu l-ħin kollu fuq kwistjonijiet ta’ manteniment, kura u kustodja u aċċess għall-minuri. Għalhekk għalkemm id-diskors seta’ juri mod, il-fatti kienu u preżentement huma differenti.
6. Il-pożizzjoni llum hija waħda li tindika li l-biżgħat li ntwerew u l-kritika li saret matul is-sajf fuq ħidmitna ma seħħewx. Il-kawtela sarrfet sabiex ma niġrux u nagħmlu passi li flok jgħinu, jfixklu. Daqstant ieħor bl-attenzjoni u l-kawtela neċessarja, s-settur partikolari jibqa’ taħt għajnejna sabiex naraw x’qiegħed jiġri. Nemmnu li kull ġudizzju huwa prematur u rridu nħallu almenu iktar żmien biex nifhmu. Dan aktar u aktar meta għandek, l-ewwel, il-fattur tal-impatt attwali fuq kif dak li sar fil-liġi ser attwalment jaħdem u jitħaddem; u t-tieni, sabiex wieħed jara l-Kumitat imwaqqaf fil-liġi, li għandu fuqu d-dmir li jibdel, x’emendi ġodda sejjer jagħmel. Hu x’inhu, għall-ġid tas-sistema legali kollha kemm hi, wieħed għandu jara l-impatt tagħha u jaħrab milli jipprova jġibha ballun politiku.

23.10.11
Kif naqbad nirringrazzja?
1. Bħal sajjetta fil-bnazzi, tul dan is-sajf sibtni rrid nikkumbatti għal saħħti. Kont għadni kif spiċċajt l-aħħar laqgħa tal-Kabinett tal-1 ta’ Awissu u ħarist li nipprova niddedika ftit siegħaT kuljum sabiex nirkupra u nerġa’ nġib lura lili nnifsi wara xhur ta’ impenn li l-kriżi Libjana ġiebet magħha. Mis-17 ta’ Frar (jum twelidi) 'l hawn, kont impenjat Sibt u Ħadd, sija hawn kif ukoll barra minn xtutna. Sibtni f’laqgħat xejn faċli, mdawwar minn persuni li ma kienux fehmu mill-ewwel l-effett u l-impatt tal-eventi fil-Libja. Esperjenza unika li xi darba forsi għad nikteb dwarha.
2. Ma kellhiex tkun. Minflok nistrieħ kelli nissottometti ruħi għal operazzjoni – waħda xejn faċli, li però jidher li għaddiet b’wiċċ il-ġid hi wkoll. Għaddejt ġimgħat l-Isptar Mater Dei, sija qabel kif ukoll wara. Sibtni fost l-iktar persuni dedikati, jikkurawni u jassiguraw li jsir dak li kien hemm bżonn. Fis-swali li kont fihom sirt naf ħafna bnedmin b’esperjenza li ħadu ħsiebi sew. Kelli x’niffaċċja. Sija bl-istat ta’ saħħti, kif ukoll bid-diversi kwistjonijiet oħra li qamu tul is-sajf. Uħud serji mod, uħud mod ieħor li kkonfrontajt, però żgur mhux forsi kelli l-konfort ta’ diversi mediċi u infermiera li raw li ma jkun jonqosni xejn. Wara ftit issib lilek innifsek f’familja waħda sħiħa. Issir taf lil ta’ madwarek u huma jsiru jafuk aħjar.
3. Ma nafx kif naqbad nirringrazzja lil dawn il-bnedmin ġentili fl-Isptar, li meta tkun ġewwa fih tirrealizza kemm huwa attrezzat tajjeb, sija fl-esperjenza tal-bnedmin kif ukoll fl-apparat mill-iktar modern u avvanzat. Bħal ma anqas ma nista’ noqgħod lura milli nirringrazzja lid-diversi persuni li b’xi mod jew ieħor bagħtu jawgurawli fejqan. Diversi ġew jarawni l-Isptar, speċjalment qabel l-operazzjoni billi wara ma kellix saħħa sabiex inkompli magħhom. Stajt nara u nħoss b’idejja u b’qalbi x-xewqat sbieħ tagħhom. Verament ma nafx kif naqbad nirringrazzjahom. Bħal ma anqas ma nista’ noqgħod lura milli nirringrazzja lil diversi li, għalkemm ma ġewx, però talbu għalija. Nemmen fit-talb u fis-saħħa li dan għandu, iktar u iktar illum meta naf kif stajt inkun u f’dak li jien.
4. Verament ma nafx kif naqbad ngħid “grazzi” lil kwantità kbira ta’ persuni li sabu lill-familjari tiegħi, staqsew għalija u wrew li kienu inkwetati għal dak li kelli fiċ-ċirkostanzi. Illum għadni naħdem mid-dar għax waqaft għal ġimgħa biss wara l-operazzjoni u għalkemm qed nagħmel ħilti, xorta waħda hemm it-trapass taż-żmien li bilfors irid jgħaddi minn fuqi. Però, anke jekk għadda ż-żmien, għadni sallum nirċievi kartolini, telefonati u messaġġi mingħand diversi persuni ta’ rieda tajba.
5. Għad fadlilna quddiemna x’naħdmu u x’nagħmlu. Dan iqawwili dejjem iktar qalbi fil-volontà li nkomplu nibdlu dan il-pajjiż. Fortunatament għalija, drajt ħajti nitla’ għat-telgħa fid-diversi sitwazzjonijiet diffiċli li sibt ruħi fihom. Il-ġenituri tiegħi ħadu ħsieb li ngħix fil-ħajja u mhux il-bogħod minnha. Għad għandi diversi riservi ta’ enerġija li bihom irrid nagħti l-kontribut sabiex il-pajjiż u l-poplu li jgħix fih ikompli jieħu benefiċċju. Qatt ma kont xi konservattiv u rrid inkompli f’din il-linja ta’ tibdil li naf li minnu sar il-ġid.
6. M’għandix indiema mill-ħidma li wettaqt f’dawn is-snin, iktar u iktar f’dawn l-aħħar xhur. Issa, iktar u iktar li għandna l-aħbar li l-gwerra ċivili fil-Libja intemmet. B’demokrazija fil-Libja ser jikber dan il-poplu u dan ser iservi, l-ewwel ta’ iktar paċi u stabilità, u t-tieni, tixrid ikbar tal-ġid komuni. Prospetti għall-futur li jridu jiġu meħuda u sfruttati b’attenzjoni. Grazzi mill-ġdid u nittama li mill-Ħadd li ġej nerġa’ naqbad din it-triq regolari ta’ kitba u riflessjoni.
CARMELO MIFSUD BONNICI

30.6.11
Concepts and misconceptions
It is indeed unfortunate that the prodigious increase in the variety and accessibility of the means of mass communication that we are now witnessing has not been accompanied by a parallel refinement in the ethic of always relaying the truth. The channels through which ascertained facts and reasoned opinions can travel freely and immediately are often being used to convey half truths and well-crafted spin. What should have been carriers of information have become, sometimes, purveyors of malicious or negligent misinformation.
In politics as in war, truth very often becomes an early casualty. Truth falls foul also of commercial interests. “Populist” television programmes or sensational reporting in newspapers, motivated by the urge to attract a larger audience or readership, may lead some to discard many or all inhibitions concerning the proper way of presenting facts and opinions.
In a free and democratic society, the unimpeded flow of information and dialogue is essential. The citizen participates and exercises judgement on the basis of the information supplied and the opinion that s/he then forms on the basis of fact and argument. Nothing could be more damaging to the proper functioning of a democracy than the distortion of information and artful sophistry hammered into the minds of its citizenzry. Prejudice and bias are not put right or counterbalanced by opposite prejudice and slant. Pluralism in the sources is essential but, at times, not enough. Lies in response to lies do not establish the truth. Striving towards objectivity is imperative on all suppliers of information.
Sources of objective information and straightforward expression of reasoned opinion are essential. It would be naïve were one to imagine that, in merely exposing a prevailing lack of respect for truthful information, one would chastise the whole milieu of the media and bring it to order. Many, perhaps a substantial majority of people in the media, would genuinely aspire to conform to the norms.
What is, however, wrong on the part of the community at large is to accept as inevitable the trend towards subjecting truth to political or party interest and personal or entity profit: it is defeatist to be cynically resigned to deceit. Manipulation of facts and argumentation should be exposed: as a service to democracy and our image as a nation.
We are a stable and safe country. Our crime rate is one of the lowest. We have freedom of expression and association, not only in theory but also in practice. We enjoy the rule of law and full respect for human rights. Some institutions that guarantee this state of affairs receive less than fair treatment and they are patently not in a position to respond. When criticising Parliament, the courts of law, the police, the army, one should exercise extra scruple in establishing the facts. These institutions are not immune from comment and, indeed, in our republic should receive the full benefit of critical judgement on the part of the media as indeed of all citizens.
Negligent reporting and unfair and biased treatment of these emblematic institutions damage our image as a nation with consequnces on our tourism and foreign investment as well as our national self-respect. At times, ammunition is provided for snide remarks from other competitor countries.
It is pre-eminently a matter of principle: How can democratic government (“of the people, by the people, for the people”) achieve its best potential if the people are inundated with falsehoods, half truths and inaccurate statements, which, in their multitude and immediacy, are difficult to rebut. We (using the plural to encompass the whole of the country) have to be vigilant and arm ourselves with critical judgement which can winnow the wheat from the chaff. As in all matters, law presupposes a majority of people exercising self restraint: law can be enforced against an exceptional minority of transgressors. The larger the majority of providers of correct information and reflected upon opinion, who have subjected themselves to self regulation, the wider the area of liberty. Truth makes us free.
It used to be said that one should not expose the sins of the king. That was wrong and harmful. The men and women in authority should feel as if they were living in glasshouses.
Let their vices be known but let us not try to invent more vices than are extant. We should not be afraid to keep in check those who have been entrusted with some power in this state. On the other hand, let us not create the impression that the state of Denmark is rotten when, taken as a whole, warts and all, Malta is a country of which one is proud.
Dr Mifsud Bonnici is Minister of Justice and Home Affairs.
22.6.11
Asylum office is step forward
Carm Mifsud Bonnici
Since Malta joined the EU on May 1, 2004, at least two major steps forward towards European integration have been made, namely accession to the Schengen area and the adoption of the euro as our national currency.
The Ministry for Justice and Home Affairs was a major stakeholder with respect to Schengen accession. Today, it has the honour of seeing another initiative in which it played a leading role come to fruition – the inauguration of the European Asylum Support Office in Malta.
The unanimous decision for the European Asylum Support Office to be located in Malta was taken on November 30, 2009, at the Justice and Home Affairs Council, pursuant to a proposal by the Commission to establish such an office.
The Commission proposal itself was in direct response to the European Pact on Immigration and Asylum, which provided for the establishment of a European support office with the task of facilitating the exchange of information, analyses and experience among member states, and developing practical cooperation between the administrations in charge of examining asylum applications.
In fact, the European Asylum Support Office will seek to facilitate, coordinate and strengthen practical cooperation among member states on the many aspects of asylum, as well as to provide operational support to EU members subjected to strong pressure on their asylum systems.
Needless to say, Malta stands to benefit from such provisions, particularly in the context of the renewed migratory flows being experienced this year as a result of the crisis in Libya. Indeed, the European Asylum Support Office is expected to take an active and leading role in future intra-EU resettlement initiatives.
The European Asylum Support Office is expected to initially employ 40 persons at its premises in Marsa, with the staff complement increasing gradually to between 80 and 100 by 2013. Apart from the obvious economic benefits, Malta naturally stands to gain in enhanced exposure and status that inevitably follow in the wake of the setting up of a prestigious EU agency.
Today’s inauguration of the European Asylum Support Office is therefore a historic occasion for Malta that provides further tangible evidence of Malta’s meaningful presence in the Europe Union.
This achievement has been made possible thanks to the dedication and hard work of many. Their efforts have paid dividends, and another step has been made in the process of European integration.
However, this is not only an achievement for Malta, but for the European Union as a whole. The establishment of the European Asylum Support Office constitutes recognition of the fact that asylum requires a Europe-wide approach, as opposed to a purely national approach, a point that the government has consistently stressed.
It is not sufficient for the European Union to set asylum standards while leaving member states alone to cope with the pressures involved; Europe’s approach must also be hands-on. This indeed is precisely what the European Asylum Support Office will set out to do.
The establishment of the European Asylum Support Office is particularly important in the context of current developments in the legislative sphere at the European level, as the European Union is working on the establishment of a Common European Asylum System.
De facto such a system can only yield the desired results if all the member states work together and if those facing disproportionate asylum pressures, like Malta, are provided with the necessary assistance in a spirit of solidarity.
Clearly, such actions do not only benefit individual member states, but also beneficiaries of international protection who have escaped persecution or violence in their countries of origin.
Our objective, as a Union, is to establish a Europe of asylum, and today marks a very significant step forward in that direction. I am proud of the key role that Malta is playing in this regard, a role fully consistent with the country’s excellent track record in the field of humanitarian assistance.
I, therefore, look forward to seeing the European Asylum Support Office expand its operational activities in the coming months. The government will continue supporting the office as necessary in order to ensure that our shared objectives are met.
Dr Mifsud Bonnici is Minister for Justice and Home Affairs.

Subscribe to:
Comments (Atom)
KWISTJONI TA' DINJITA
1. Bħalissa l-aġenda tad-dinja hija mimlija b’tip, metodu ta’ politika barranija li m’aħniex imdorrijin biha. Konfrontattiva flok ibba...
-
10922. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qegħdin...
-
9944. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza: Jista’ l-Ministru jgħid ke...
-
27921. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu: Jista’ d-Deputa...