26.2.26

IL-FGURA - KUNSILL LOKALI - RIVISTI PPUBBLIKATI

33544. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rivista ħareġ il-Kunsill Lokali tal-Fgura matul is-sena 2025 sabiex jinforma l-lokalità b’dak li qiegħed jiġri fl-istess lokalità u kemm kienet in-nefqa rispettiva? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ pubblikazzjonijiet stampati u jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

 

07/01/2026

 

ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali l-Fgura li matul is-sena 2025, il-Kunsill ma ppubblikax rivisti u għalhekk ma kien hemm l-ebda nefqa relatata.

 

Seduta Numru 438

25/02/2026

IL-GUDJA - KUNSILL LOKALI - RIVISTI PPUBBLIKATI

33543. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rivista ħareġ il-Kunsill Lokali tal-Gudja matul is-sena 2025 sabiex jinforma l-lokalità b’dak li qiegħed jiġri fl-istess lokalità u kemm kienet in-nefqa rispettiva? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ pubblikazzjonijiet stampati u jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

 

07/01/2026

 

ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali l-Gudja li matul is-sena 2025, il-Kunsill ma ppubblikax rivisti u għalhekk ma kien hemm l-ebda nefqa relatata.

 

Seduta Numru 438

25/02/2026 

ĦAL TARXIEN - KUNSILL LOKALI - RIVISTI PPUBBLIKATI

33542. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rivista ħareġ il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien matul is-sena 2025 sabiex jinforma l-lokalità b’dak li qiegħed jiġri fl-istess lokalità u kemm kienet in-nefqa rispettiva? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ pubblikazzjonijiet stampati u jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

 

07/01/2026

 

ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ħal Tarxien li, matul is-sena 2025, tqassmu tliet rivisti fil-lokalità, li l-ispiża tagħhom kienet ta’ €3488.90. Kopja ta’ dawn ir-rivisti qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

 

Seduta Numru 438

25/02/2026

SANTA LUĊIJA - KUNSILL LOKALI - RIVISTI PPUBBLIKATI

33541. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rivista ħareġ il-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija matul is-sena 2025 sabiex jinforma l-lokalità b’dak li qiegħed jiġri fl-istess lokalità u kemm kienet in-nefqa rispettiva? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ pubblikazzjonijiet stampati u jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

 

07/01/2026

 

ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Santa Luċija li, matul is-sena 2025, ma kinux ippubblikati rivisti u għaldaqstant ma kienx hemm nefqa relatata.

 

Seduta Numru 438

25/02/2026

RAĦAL ĠDID - KUNSILL LOKALI - RIVISTI PPUBBLIKATI

33540. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rivista ħareġ il-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid matul is-sena 2025 sabiex jinforma l-lokalità b’dak li qiegħed jiġri fl-istess lokalità u kemm kienet in-nefqa rispettiva? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ pubblikazzjonijiet stampati u jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

 

07/01/2026

 

ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Raħal Ġdid li, matul is-sena 2025, ma ġewx ippubblikati rivisti u għaldaqstant ma kienx hemm nefqa relatata.

 

Seduta Numru 438

25/02/2026

FAĊILITÀ KORRETTIVA TA’ KORDIN - PERSUNI TAĦT ARREST JEW JISKONTAW SENTENZA

33539. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li matul is-sena 2025 kienu qed jiskontaw sentenza ta’ ħabs ta’ inqas minn erbgħa u għoxrin xahar?

 

07/01/2026

 

ONOR. BYRON CAMILLERI: Ninsab infurmat li l-ammont ta’ persuni fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li matul is-sena 2025 kienu qed jiskontaw sentenza ta’ ħabs ta’ inqas minn erbgħa u għoxrin xahar kien ta’ 397 persuna.

 

Seduta Numru 438

25/02/2026

FAĊILITÀ KORRETTIVA TA’ KORDIN - PERSUNI TAĦT ARREST JEW JISKONTAW SENTENZA

33538. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu effettivament il-persuni li daħlu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin matul is-sena 2025 jew taħt arrest jew biex jiskontaw sentenza?

 

07/01/2026

 

ONOR. BYRON CAMILLERI: Ninsab infurmat li l-ammont ta’ persuni rreġistrati li ddaħħlu fl-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi taħt arrest jew biex jiskontaw sentenza matul is-sena 2025 kien ta’ 1,074.

 

Seduta Numru 437

24/02/2026

 

UNJONI EWROPEA - DIRETTIVI

33537. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

 

07/01/2026

 

ONOR. JONATHAN ATTARD: Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk id-Direttivi li jaqgħu taħt il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u li d-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni tagħhom taħbat fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 huma s-segwenti:

 Direttiva

Skadenza

Direttiva (UE) 2023/1544 tat-12 ta’ Lulju 2023 li tistabbilixxi regoli armonizzati dwar id-deżinjazzjoni ta' stabbilimenti deżinjati u l-ħatra ta' rappreżentanti legali għall-fini ta' ġbir ta' evidenza elettronika fi proċedimenti kriminali

18/2/2026

Direttiva (UE) 2024/869 tat-13 ta’ Marzu 2024 li temenda d-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE fir-rigward tal-valuri ta’ limitu għaċ-ċomb u l-komposti inorganiċi tiegħu u għad-diisoċjanati

09/04/2026

Direttiva (UE) 2024/1203 tal-11 ta’ April 2024 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali u li tissostitwixxi d-Direttivi 2008/99/KE u 2009/123/KE

21/05/2026

Direttiva (UE) 2024/1069 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jinvolvu ruħhom f’parteċipazzjoni pubblika minn talbiet manifestament infondati jew proċedimenti tal-qorti abbużivi (“Kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika”)

07/05/2026

Direttiva (UE) 2024/1275 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2024 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (riformulazzjoni)

29/05/2026

 

*Id-Direttiva (UE) 2024/1069 diġà ġiet trasposta fid-dritt nazzjonali, filwaqt li d-direttivi l-oħra għadhom pendenti.

 

Seduta Numru 437

24/02/2026

UNJONI EWROPEA - DIRETTIVI

33536. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

 

07/01/2026

 

ONOR. BYRON CAMILLERI: Ninsab infurmat li din is-sena il-Ministeru implimenta d-Direttiva (UE) 2022/ 2557 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi. Hemm żewġ direttivi oħra li mistennija li jiġu implimentati fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2026, hekk kif ġej:

1. id-Direttiva (UE) 2024/1233 tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2024 dwar proċedura ta’ applikazzjoni unika għal permess uniku għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jirrisjedu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru u dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fi Stat Membru, li għandha tkun implimentata sat-22 ta’ Mejju 2026; u,

 2. id-Direttiva (UE) 2024/1346 tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni), li għandha tkun implimentata sat-12 ta’ Ġunju 2026.

 

Seduta Numru 437

24/02/2026


UNJONI EWROPEA - DIRETTIVI

33535. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

 

07/01/2026

 

ONOR. CLYDE CARUANA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk id-Direttivi li jaqgħu taħt il-Ministru għall-Finanzi u li d-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni tagħhom taħbat fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 huma s-segwenti:

Direttiva

Skadenza

Direttiva (UE) 2024/1619 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 li temenda d-Direttiva 2013/36/UE fir-rigward tas-setgħat superviżorji, is-sanzjonijiet, il-fergħat ta’ pajjiżi terzi, u r-riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza

10/01/2026

Direttiva (UE) 2023/2864 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li temenda ċerti Direttivi fir-rigward tal-istabbiliment u l-funzjonament tal-punt ta’ aċċess uniku Ewropew

10/01/2026

Direttiva (UE) 2024/927 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2024 li temenda d-Direttivi 2011/61/UE u 2009/65/KE fir-rigward tal-arranġamenti ta’ delega, il-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità, ir-rapportar superviżorju, il-forniment ta’ servizzi depożitarji u ta’ kustodja u l-oriġinazzjoni tas-self minn fondi ta’ investiment alternattivi

16/04/2026

Direttiva (UE) 2024/2811 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2024 li temenda d-Direttiva 2014/65/UE biex tagħmel is-swieq kapitali pubbliċi fl-Unjoni aktar attraenti għall-kumpaniji u biex tiffaċilita l-aċċess għall-kapital għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u li tħassar id-Direttiva 2001/34/KE

05/06/2026

Direttiva (UE) 2024/2994 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2024 li temenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2013/36/UE u (UE) 2019/2034 fir-rigward tat-trattament tar-riskju ta’ konċentrazzjoni li jirriżulta minn skoperturi għal kontropartijiet ċentrali u tar-riskju tal-kontroparti fi tranżazzjonijiet ta’ derivattivi kklerjati ċentralment

25/06/2026

 

Dawn id-Direttivi għadhom ma ġewx trasposti fil-liġi nazzjonali u għalhekk għadhom kollha pendenti.

 

Seduta Numru 437

24/02/2026

UNJONI EWROPEA - DIRETTIVI

33534. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

 

07/01/2026

 

ONOR. SILVIO SCHEMBRI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li s’issa l-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat matul l-ewwel nofs tas-sena 2026 u għalhekk m’għandu l-ebda Direttiva li għadha pendent.

 

Seduta Numru 437

24/02/2026

UNJONI EWROPEA - DIRETTIVI

33533. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

 

07/01/2026

 

ONOR. CLIFTON GRIMA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

 

Seduta 437

24/02/2026

MUMENTI DEĊIŻIVI

1. Biex sistema demokratika taħdem għandha numru ta’ mekkaniżmi legali neċessarji li jikkontrollaw biex jiggarantuha. Il-fatt li l-Istat għandu l-poteri tiegħu mhux f’id waħdanija bħal fi żmien il-monarkija imma maqsuma fi tlett partijiet iservi proprju għal dan. Jekk ngħixu f’demokrazija ma jistax ikun permess li min jiġi elett f’elezzjoni jaħseb li jista’ jkollu kollox f’idejh. Huwa wkoll irid ikun sottomess għal-liġijiet u jirrispettahom. Jobdihom u ma joħroġx minnhom. Anzi, josservahom. Dan mhuwiex dejjem faċli, għax il-karattri huma differenti. Imma meta xi ħadd fil-poplu jidhirlu li nqabżet il-linja allura hemm il-Qrati, u ħafna drabi hija l-Qorti Kostituzzjonali li tisma’ u tiddeċiedi jekk il-fatt ikunx minnu. Dan fil-fatt huwa l-eżami li jipprova jekk hemmx jew le sistema demokratika f’poplu.

Qorti Suprema

2. Il-Qorti Suprema fl-Istati Uniti tal-Amerika għandha f’dan tradizzjoni, esperjenza u awtorità sabiex tikkontrolla dak li huwa kontra l-Kostituzzjoni. Sistema maħluqa hekk mill-bidu u li ħadmet, u minn dak li qed naraw qegħda taħdem. Hemm ebda President, b’saħħtu kemm jista’ jkun b’saħħtu politikament, ma għandu poteri assoluti, imma għandu biss dawk li l-Kostituzzjoni tagħti. Dan il-punt ħareġ iktar ċar b’dak li ddikjarat din il-Qorti f’sentenza nhar l-20 ta’ Frar fil-kawża fl-ismijiet ‘Learning Resources inc et al vs Trump’. Hemm ingħad li l-liġi magħrufa bħala International Emergency Economic Powers Act 1977 ma tippermettix lill-Presidenza li toħroġ it-tariffi li nħarġu. Avolja l-Qorti hija magħmula minn persuni fil-liġi li wħud minnhom ġew maħtura mill-President attwali, xorta, kif inhuwa dmirhom, waslu għal din il-pożizzjoni.

John Roberts (1955)

3. Il-Prim Imħallef John Roberts, flimkien ma’ sitt imħallfin, spjegaw li: “The President asserts the extraordinary power to unilaterally impose tariffs of unlimited amount, duration, and scope. In light of the breadth, history and constitutional context of that asserted authority, he must identify clear congressional authorization to exercise it.” (Il-President jasserixxi l-poter straordinarju u unilaterali li jimponi tariffi f’ammonti bla limitu, tul jew skop. In vista tal-wisa’, tal-istorja u l-kuntest kostituzzjonali ta’ dak il-poter dikjarat, huwa jrid jidentifika b’mod ċar l-awtorizzazzjoni tal-Kungress biex jeżerċitah.) Punt legali dirett, ċar u loġiku f’sistema demokratika li jiggwida lil kulħadd, hu min hu, fir-responsabbiltà tal-poter. Wieħed li jiftaħ għajnejna fuq il-vantaġġi kbar tas-sistema demokratika. L-ewwel: il-kontroll legali neċessarju li jżomm kull forma volontarja jew involontarja, intenzjonata jew traskurata ta’ abbuż ta’ poter. It-tieni: id-dmir tal-lealtà lejn l-Istat li anke jekk il-maġġor parti tal-imħallfin kienu kkunsidrati pro-Repubblikani, xorta waslu għall-konklużjoni ta’ dak li jidhrilhom li huwa legalment sewwa. Fil-Qrati li jridu jkunu serji, il-politika partiġġjana m’għandhiex piż.

Il-Garanzija


4. Fil-fatt din is-sentenza hija parti minn oħrajn li ġejjin imma li fiha konsegwenzi politiċi, ekonomiċi u legali. F’dan, għalhekk, wieħed irid jagħraf iktar kemm bħala prinċipju ġenerali huwa importanti li s-sistema titħaddem sew. U huwa proprju f’dawn il-mumenti li trid twieġeb. Turi li qed tilqa’ l-isfida u tirreaġixxi biex tafferma l-eżistenza tagħha. Forsi f’dan kien ikun wisq aħjar kieku l-istess President, wara s-sentenza, m’attakkax lill-istess Qorti. Iżda anki jekk dan huwa minnu, il-fatt jibqa’ li kull min għandu l-poter politiku f’idejh huwa f’interess tiegħu li jkollu lil min jgħidlu ‘le’. L-Oppożizzjoni, għalhekk, hija garanzija sabiex l-Istat jimxi ’l quddiem u jżomm lill-Gvern f’postu f’dak li jkun qiegħed jagħmel. Anzi huwa fl-interess tal-Gvern stess li l-Oppożizzjoni tkun hemm u titħalla taħdem b’aktar riżorsi.

Pietro Melograni (1930-2012)

5. Fil-ktieb tiegħu li qiegħed naqra b’intress, Fascismo, comunismo e rivoluzione industriale (1984), l-awtur janalizza fid-dettall dawk l-esperjenzi. Ma jitlaqx minn dak li jgħid ħaddieħor imma minn qari fit-tul ta’ diversi dokumenti li oħrajn jidher li ma rawx. Fl-ewwel parti tal-ktieb jeżamina l-Faxxiżmu u t-tmexxija ta’ Benito Mussolini (1883-1945) u kemm, mid-dokumentazzjoni li sab, dan kellu diffikultà biex jieħu deċiżjoni. Kemm fil-fatt ried jidher li huwa dak li kien qiegħed ibiddel u kemm kien kapaċi f’dan, mentri diversi kitbu li ma kienx. Anzi kien jaqbel ma’ kulħadd, u anki jekk l-opinjonijiet kienu opposti, kien jispiċċa jimxi fuq l-aħħar waħda. Kemm f’dan kien jidher ċar li fil-fatt inqata’ mir-realtà li ried jifhem minflok lid-diversi infurmaturi li kellu, li ħafna drabi ma kinux veritieri.

Beda tajjeb

6. Inħatar bil-ħsieb li l-Italja kellha bżonn ta’ mexxej mibgħut biex isalva. Luigi Einaudi jiddikjara: “Si credeva che l’uomo forte, l’uomo sapiente, avrebbe salvato il paese.” (Kienu jaħsbu li l-bniedem b’saħħtu, l-għaref, kien ser isalva l-pajjiż.) Proprju wara li f’dan ix-xenarju laħaq l-Awtur, fil-fatt ifakkarna kemm kien hemm dawk, senjatament fid-dinja Ingliża, li fil-bidu ammirawh. Kif Lord Curzon, fl-1923 kien iddikjara li Mussolini kien: “... un uomo di meravigliosa energia e dal pugno di ferro.” (... bniedem mimli b’enerġija u b’id tal-ħadid.) Inkella Winston Churchill, li ddikjarah hekk: “... il più grande legislatore vivente.” (... l-ikbar leġislatur taż-żmien.) Inkella Sigmund Freud, li fl-1933 bagħatlu ktieb u kitiblu: “A Benito Mussolini, con il saluto devoto di un vecchio che, nel detentore del potere, riconosce l’eroe della ċiviltà.” (Lil Benito Mussolini, b’tislima devota ta’ xiħ lejn dak li għandu l-poter f’idejh, li jagħrfu bħala l-eroj taċ-ċiviltà.) Tifħir kbir, ċertament, imma li fil-fatt ma kien xejn minnu.

Direzzjoni

7. L-istorja wriet proprju kemm dan kollu ma kienx minnu u kemm, anke jekk saru distinzjonijiet bejn il-Faxxiżmu u l-kult ta’ Mussolini, xorta l-proġett politiku sħiħ tiegħu falla sew. Melograni jipprova janalizza r-raġunijiet tad-deklin. Fosthom il-fatt li l-alleanza man-Nażiżmu biddlet wisq il-karattru tagħhom, kif ukoll li l-liġijiet razzjali kienu dejqu wisq lill-poplu. Ma’ dan ukoll, in-nuqqas ta’ suċċessi li kellu, li ġew moħbija u li Radio Londra kien ixandar. Analiżi u lista twila. Però fil-fatt naħseb li l-punt determinanti, dak deċiżiv, jibqa’ dak marbut mal-qtil tal-politiku Soċjalista Giacomo Matteotti (1885-1924). Dak id-deputat li kien vuċi qawwija ta’ oppożizzjoni. L-effett ġieb effettivament it-tmiem tad-demokrazija li kien hemm. Il-politiċi li jiddeċiedu li jsiru dittaturi, jew forma tagħhom wara li jiġu eletti f’elezzjoni ġenerali, jiżbaljaw kif ma jibqgħux jirrispettaw is-sistema demokratika. F’dan dejjem proprju s-sistema tipprova lilha nfisha kemm tkun kapaċi, reżiljenti biex tikkontrolla meta l-arroganza politika titla’ f’ras il-mexxejja.

Determinanti

8. F’dawn is-snin twal ta’ eżistenza, wieħed ma jistax ma jaċċettax li d-demokrazija hija l-aħjar sistema politika biex tmexxi poplu. Iktar u iktar meta min iservi fiha jifhem li għandu dmir li jwettaq ħidmietu fl-ispirtu liberu tal-liġi. Il-bnedmin li jintagħżlu jservu l-Kostituzzjoni u mhux ir-rieda politika ta’ min ħatarhom. Din hija l-lezzjoni importanti li rridu nsegwu anki hawn. Għażliet mhux li jidhru apparentement konvenjenti, imma iktar dawk li jwettqu s-sewwa u li jirrispettaw l-ispirtu demokratiku fil-liġijiet kostituzzjonali. Lezzjoni li tgħodd għal kull pajjiż. Waħda li għandna nifhmu li nistgħu nirbħu biss jekk insegwu l-linja demokratika.

UNJONI EWROPEA - DIRETTIVI

33532. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

 

07/01/2026

 

ONOR. CLINT CAMILLERI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar m’għandu l-ebda direttivi tal-Unjoni Ewropea, li ġew jew mistennija, jiġu trasposti matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026. Għaldaqstant, il-Ministeru m’għandu l-ebda direttiva li għadha pendenti.

 

Seduta Numru 436

23/02/2026

UNJONI EWROPEA - DIRETTIVI

33531. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat: Tista’ l-Ministru tgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tagħha matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

 

07/01/2026

 

ONOR. JULIA FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat m’għandu l-ebda Direttiva li mistenni jimplimenta matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, u sal-lum m’hemm l-ebda Direttiva pendenti għat-traspożizzjoni f’dan l-istess perjodu.

 

Seduta Numru 436

23/02/2026

UNJONI EWROPEA - DIRETTIVI

33530. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

 

07/01/2026

 

ONOR. MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent, l-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2026, u għalhekk ma hemm l-ebda Direttiva li għadha pendent f’isem il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal.

 

Seduta Numru 436

23/02/2026

UNJONI EWROPEA - DIRETTIVI

33529. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu: Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

 

07/01/2026

 

ONOR. IAN BORG: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2026.

 

Seduta Numru 436

23/02/2026

UNJONI EWROPEA - DIRETTIVI

33528. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

 

07/01/2026

 

ONOR. OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor. Interpellant għall-ewwel sitt xhur tas-sena 2026, ma hemm ebda Direttiva tal-Unjoni Ewropea b’terminu ta’ traspożizzjoni li jaqa’ f’dan il-perjodu u li taqa’ taħt ir-responsabbiltà diretta tal-Ministeru għall-Kultura, Artijiet u Gvern Lokali. M’hemm ebda direttiva li għadha pendenti sal-ġurnata li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari.

 

Seduta Numru 436

23/02/2026

UNJONI EWROPEA - DIRETTIVI

33527. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika: Tista’ l-Ministru tgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tagħha matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

 

07/01/2026

 

ONOR. MIRIAM DALLI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx direttivi li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u li d-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni tagħhom taħbat fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2026.

 

Seduta Numru 436

23/02/2026

L-UMILTÀ TAL-IŻBALL - Apprezzament - Sur Laurence Grech, ex-Editur tas-Sunday Times of Malta

1. Tul din il-ġimgħa li għaddiet, pajjiżna tilef bniedem li serva lill-poplu u lid-demokrazija tagħna. Persuna ffurmata u ppreparata fit-toroq twal li l-ġurnaliżmu kostanti, attent u assidwu jixraq li fil-fatt jagħti u jingħata. Laurence Grech kien proprju dan. L-Editur li lħaqt u segwejt fil-kitbiet u d-direzzjoni li s-Sunday Times of Malta kienet tieħu. Kien ċar u kellu boxxla morali soda. Daqshekk ieħor formazzjoni klassika marbuta mal-letteratura u l-kultura. Attent f’dak li huwa għaddej u ma jiġrix jikkundanna imma jħares fit-tul. F’dak li qiegħed jikteb u f’dak li ser iseħħ ma kienx jiġri. F’ħafna, il-kredibilità u l-fatt li l-gazzetta għadha tinxtara huwa tiegħu wkoll.

Kostanti

2. F’dan kien dritt iħares li ma jkunx hemm tibdil fil-linja politika tal-gazzetta. Kontinwazzjoni mal-passat tagħha u fl-istess ħin ftuħ għall-isfidi tas-soċjetà li bdiet il-proċess li ġiebha fejn aħna llum. Kellu valuri li ħaddan u assigura li ma jkunx differenti milli hu. Wisq anqas ipprova jintgħoġob, inkella li jweġġa’ lill-oħrajn. Ħareġ gazzetta mill-fosdqa antika tagħha sabiex tkun iktar waħda viċin iċ-ċentru politiku moderat. Dan għax f’qalbu kellu l-importanza tal-umiltà f’dak li wieħed ikun qiegħed jaffronta. Qalb miftuħa, u li kien deċiż li jgħallem u li jgħaddi kemm seta’ lil dawk li kienu madwaru. Ma kellux suppervji, wisq inqas arroganzi. Ried li jwettaq dmiru b’determinazzjoni u b’dożi sbieħ ta’ umiltà.

Intelliġenti

3. Kien jifhem dak li qiegħed isir, u fl-istess ħin kien kapaċi japprezza dak li l-klassi politika qed tipprova twettaq. L-iktar l-għarfien li l-bniedem jiżbalja, u ħafna. Il-kawtela intelliġenti tiegħu assiguratlu l-għeruq ta’ tjubija li kellu. Mhux ser iċedi malajr il-punt imma fl-istess ħin jagħraf il-preġudizzji u l-ġudizzji veloċi li ċerti drabi jakkumpanjaw lill-bnedmin. F’ħafna ftakart f’dak li qrajt reċentement fil-ktieb ta’ Gianrico Carofoglio (1961), Elogio dell’ignoranza e dell’errore, meta kiteb hekk: “La buona politica ama gli errori intelligenti, quelli che, riconosciuti ed emendati, migliorano la comprensione e l’azione. Un criterio valido per valutare lo spessore e l’intelligenza di un politico (ma, a ben vedere, di chiunque) consiste nel porgli qualche semplice domanda sugli errori che ha commesso.” (Il-politika t-tajba tħobb l-iżbalji intelliġenti, dawk li, meta aċċettati u emendati, jwettqu aħjar l-għarfien u l-azzjoni. Kriterju validu biex tqis il-konsistenza u l-intelliġenza ta’ politiku (imma, fil-fatt, ta’ kull persuna) jikkonsisti f’li tressaqlu domandi sempliċi fuq l-iżbalji li kien wettaq.)

Dak li kien

4. Fis-servizz iebes u xejn faċli ta’ Editur huwa assigura li jiġu mistoqsija d-domandi sempliċi u diretti fuq l-iżbalji li saru. Biss kellu fih diġà l-għarfien li waqt li jwettaq dan, li l-iżball huwa uman, u li huwa neċessarju, fl-iżvilupp tas-soċjetà demokratika. Mhux biss, iżda d-domanda sempliċi kienet issir proprju f’dak l-isfond uman. Mhux forma ta’ argużin modern, jew ġustizzjier, imma uman ma’ uman, li wara għandu l-obbligu jirrapporta lura lill-qarrejja dak li ntqal. F’dan ġieb ħafna rispett, u rari kont tarah issib politiċi javversawh jew jikkunsidrawh żleali jew “għadu”. Kont taf fejn hu u fejn hija l-gazzetta, u għalhekk stajt tkellmu jew tirrifjuta u ma tkunx waqgħet id-dinja.

Ir-Raba’ Kolonna

5. F’dan kien dak li assigura iktar rispett lejn ir-Raba’ Kolonna tad-demokrazija tagħna. Parti wkoll ma’ żmien fejn kien akkumpanjat minn numru ta’ Edituri ta’ gazzetti oħra li kellhom l-abbiltajiet tagħhom. Kien parti minn ġurnaliżmu matur u li mhuwiex mibni fuq sensazzjonaliżmu temporanju. Dan seta’ jwettqu u jbasktu għax ma waqafx jifforma u jistruwixxi ruħu. F’dan kien iħobb lil dawk li jsegwu politika ta’ kultura u japprezzahom. Kien kapaċi wkoll jgħid le lil ċerti pressjonijiet li l-bnedmin jivvintaw b’għaqal u anki b’diplomazija kbira. Meta huwa ma baqax Editur, il-gazzetta, inevitabilment, tilfet il-wirt u l-arti li kien bena. Però għal ulied is-sewwa kien stabbilixxa mudell ta’ kif timxi fit-triq tal-ġurnaliżmu modern. Wieħed li f’dan għandu jingħata ġieħ kif verament mistħoqq.

Napprezzaw

6. F’dan ngħid li għandna napprezzaw ferm iktar lill-ġurnalisti, lill-Edituri li aħna għandna fil-pajjiż u fil-Partit tagħna. Is-sagrifiċċji li jsiru minnhom huwa ftit ikkunsidrat. Ħafna ħin iebes, u anki l-għarfien li jridu jkunu skomdi f’dak li jiktbu u jikxfu. Ir-rapporti u l-mod ta’ kif dawn jinkitbu mhumiex tazza ilma. Jitolbu l-attenzjoni u r-rispett tagħna. L-iktar, f’dan il-perjodu, is-sostenn kostanti tagħna. Hemm bżonn li bħala pajjiż, u ngħid aktar bħala Partit, infakkru u ninsistu li l-gazzetti huwa fl-interess kollettiv tagħna li jinxtraw u jinqraw. Bnedmin jiktbu fuq bnedmin oħra biex jinfurmaw daqshekk ieħor bnedmin oħra. Bnedmin li fl-umiltà tal-iżball jifhmu aktar xi tfisser li tkun għas-servizz siewi tal-oħrajn.


F'GĦELUQ IS-SNIN

1. Il-bniedem, tul triqtu, ftit drabi jista’ jsib kejl, jew aħjar jaqta’, fejn ser jispiċċa f’ħajtu. Jibda biss jaf, xejn iktar. Jimxi fil-passi tal-ħajja. Daqqa naħa u daqqa oħra, ifittex li jkun għal, u lejn dak li jara ’l quddiem. Mhux dejjem fil-ferħ li wieħed jixtieq. Forsi aħjar li jittama li jkollu imma fid-dmir li jkun dak li ġie maħluq għalih. Kemm, f’dan, il-bniedem jistaqsi tant domandi lilu nnifsu u lill-ħajja stess sabiex jifhem aktar. Daqqa jaħseb li qabad tarf sew ta’ dak li għaddej minnu u daqqa inqas, imma bil-paċi f’qalbu forsi jħossu li miexi lejn dak li jara li jwettaqlu l-ġid. Proprju għalhekk il-qari fih valur, għax jgħinek tgħarbel, anki meta kollox jidher ikkumplikat. Daqshekk ieħor il-kitba li kull nhar ta’ Tlieta tmexxina, daqqa għalikom u daqqa aktar għalija, imma f’din l-eżistenza personali nammetti li hi ta’ saħħa.

Romano Guardini (1885-1968)

2. Filosfu, teologu, saċerdot Ġermaniż u kittieb ta’ diversi kotba mill-isbaħ li qrajt. Fost dawn id-diversi, fl-introduzzjoni tal-ktieb tiegħu The Conversion of Augustine (1960) jikteb, b’tant sens, hekk: “Books do not come into existence as their authors want them to, but rather as they want to.” (Il-kotba ma jiġux fl-eżistenza kif l-awturi tagħhom iriduhom li jiġu, imma iktar kif jiddeċiedu huma stess li jiġu.) Naħseb f’dan daqshekk ieħor il-bniedem u daqshekk ieħor l-artikli li nikteb. Hemm parallelliżmi ta’ livelli varji. Min ħalaqna, min rabbiena, forsi xtaqna naqbdu triq u niżviluppaw il-kitba tal-ħajja tagħna mod u morna ieħor. Inkella aħna stess irridu triq u nsibu li minflok qbadna, mingħajr ma nafu oħra, jew aħjar, naħsbu li sejrin tajjeb u niskopru aktar tard li forsi mhuwiex proprju l-każ. Imma hekk hu għalija u għal kulħadd.

Gianfranco Carofiglio (1961)

3. Forsi aktar determinanti u li fil-fatt ispirani jinsab f’dan il-ktieb ta’ dan l-awtur, ex-maġistrat u ex-politiku Taljan bit-titlu Elogio dell’ignoranza e dell’errore (2024). Ktieb li diġà, mit-titlu tiegħu, wieħed isib li jrid jikkonfronta iktar lilu nnifsu. F’dak li huwa u f’dak li jixtieq għalih innifsu bħala l-bniedem. Dak li fi ktieb mimli b’ideat, mhux neċessarjament kollha li wieħed jaqbel magħhom, imma tajba. L-awtur f’mument, waqt li jfakkar f’dak li l-isportiv u atleta Dick Fosbury (1947-2023) irnexxilu jibdel kif jaqbeż u b’hekk rebaħ, jgħid li huwa fil-fatt tana: “Una grande lezione sul cambiamento: quando hai un problema che non riesci a risolvere, prova a fare esattamente il contrario di come si è sempre fatto. Ignorando l’opinione degli altri, esperti inclusi.” (Tana lezzjoni kbira fuq il-bidla: meta għandek problema li ma jirnexxilekx issolvi, ipprova agħmel eżattament il-kontra ta’ dak li qabel dejjem għamilt. Warrab l-opinjoni tal-oħrajn, anke ta’ dawk li huma kkunsidrati bħala esperti.) Ideat diretti għal min, bħali, jrid li sseħħ il-bidla t-tajba.

Vuċi qawwija

4. F’dan iktar wieħed iħares sabiex jifhem jekk huwiex il-fatt li l-bniedem irid jirrepeti dak li dejjem wettaq biex fil-fatt jibqa’ fejn hu. Hemm diversi li jixtiequ l-bidla, imma jippreferu jibqgħu kif inhuma. Hemm iktar dawk li ma jridux jisimgħu kritika u oħrajn li jridu biss lil dawk li jibqgħu jxommu l-inċens li jingħatalhom. Iktar ma jgħaddi żmien iktar nagħraf kemm huma ftit dawk li huma ppreparati sabiex ikun hemm tibdil. Ngħid li draw kif inhuma u jidentifikaw ruħhom f’dak li jibqgħu jirrepetu aktar mill-kapaċità tagħhom li jinbidlu. Pajjiżna qisu hu aktar immexxi f’dan. Aktar ma nisimgħu l-kliem “progress”, “riformi” u “t-teħid ta’ deċiżjonijiet”, aktar nara li kollox ser jibqa’ l-istess. F’dan proprju għax qiegħed jiġi ttraskurat element essenzjali tal-ħajja.

David Petraeus (1952)

5. F’dan hemm l-element mhux apprezzat, imma neċessarju, tal-kritika. Dak li għal xi wħud hija żejda jew negattiva, però fil-verità hija importanti u essenzjali sabiex tmexxi ħajtek u pajjiżek. Veru li hemm min ma tantx togħġbu u kull ma twettaq għalih hu ħażin, imma hemm ukoll oħrajn li jridu li l-affarijiet ikunu aħjar u li jsiru proprju hekk, u jitkellmu għax iridu l-ġid. Min huwa fil-poter, xi drabi jippreferi biss lil dawk li jinċensawh. Imma tgħallimt nammira l-kontra. Carofiglio jgħidilna li Petraeus, li kien kmandant militari Amerikan importanti, meta kien iżgħar kien nominat bħala assistent tal-Ġeneral Jack Galvin (1929-2015). Hemm jingħad li ntqal hekk: “Costui, nel loro primo incontro, gli spiegò che la parte più importante del suo lavoro sarebbe stata criticare il suo capo. Petraeus protestò, in chiaro imbarazzo, ma Galvin fu irremovibile: “Il mio compito è comandare la divisione, il tuo è criticare me.” (Dan, fl-ewwel laqgħa li kellhom, spjegali li l-iktar parti importanti tal-ħidma tiegħu kienet dik li jikkritika l-kap tiegħu. Petraeus ipprotesta, imbarazzat kif kien, imma Galvin kien ċar u qallu: “Il-ħidma tiegħi hi li nikkmanda d-diviżjoni, tiegħek hi li tikkritikani.) Hemm l-awtur jgħid li dan il-messaġġ għaddielu t-tagħlima li mhuwiex biżżejjed li tittollera d-dissens, imma huwa ħafna iktar importanti li tesiġih. Parir uniku għalina.

Wara sittin sena

6. Ideat interessanti għalija, imma Carofiglio ma jafx li f’dan, illum nagħlaq madwar sittin sena espost fil-politika ta’ pajjiżna. Dan minn meta missieri ġie elett għall-ewwel darba fil-Parlament fl-1966. Ninsab magħkom f’dan il-proċess twil ta’ għarfien u esperjenzi varji li servewni sabiex nifhem iktar dak li l-bnedmin iridu f’dawn il-gżejjer. Kemm aktar huwa ċertament importanti u ta’ valur li taħdem u tistinka fil-politika għall-oħrajn. Kemm, ferm iktar, li tisma’ l-kritika li tingħadlek minnhom u tassigura li tibgħat il-messaġġ ċar li inti miftuħ għaliha. Missejt aktar magħha, bi pjaċir, is-Sibt li għadda f’tieġ, fejn min ġie jkellimna fehemnix, fl-awtentiċità tiegħu, kemm dan huwa minnu u kemm huwa neċessarju. Fakkarni f’dak li sar u dak li għad fadal xi jsir. F’dan għaraft iktar li sa issa wasalt fejn naħseb li naf. Però nagħraf iktar li fejn ninsab li sejjer, bħal dejjem, huwa biss iż-żmien li għad jurini. Nafda f’dak li tissudawni fih, u iktar nista’ nsellem u nirringrazzja lil dawk li jifhmu dan kollu u li jsostnu din il-linja politika li ħaddant u li għadni nħaddan.

UNJONI EWROPEA - DIRETTIVI

33526. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

 

07/01/2026

 

ONOR. CHRIS BONETT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttiva li d-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni tagħha taħbat fit-tieni nofs tas-sena 2026 hija s-segwenti:

DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1801 tat-23 ta’ Ġunju 2025 li taddatta għall-progress xjentifiku u tekniku l-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/1999 tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar proċeduri uniformi għal kontrolli fuq it-trasport ta’

merkanzija perikoluża bit-triq.

23/06/2026

 

Din id-Direttiva għadha ma ġietx trasposta fil-liġi nazzjonali u għalhekk għadha pendenti.

 

Seduta Numru 435

18/02/2026

UNJONI EWROPEA - DIRETTIVI

33525. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

 

07/01/2026

 

ONOR. ANTON REFALO: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru li tiegħu responsabbli bħalissa qed jaħdem fuq it-traspożizzjoni ta’ direttiva tal-UE fil-liġi nazzjonali u li hija li ġej:

 

Titolu tad-direttiva tal-UE

Data sa meta trid tingħalaq it-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

 

 

DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2449 tal-4 ta’ Diċembru 2025 li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE fir-rigward tal-protokolli għall-eżami tal-varjetajiet tal-lift tal-Iżvezja, tal-kaboċċi għall-magħlef, tar-ross, tal-grupp tal-kaboċċi tal-weraq, tal-grupp tal-kaboċċi tat-Toskana, tal-grupp tal-kaboċċi Portugiżi (Tronchuda), tal-kaboċċi Ċiniżi, tat-tadam u tal-ispinaċi

 

30 ta’ Ġunju 2026

 

Seduta Numru 435

18/02/2026

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

33524. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026?

 

07/01/2026

 

ONOR. JONATHAN ATTARD: Għax-xhur li ġejjin, bħala prassi u sa fejn ikun possibbli, jien ser nattendi l-laqgħat kollha li jsiru fi ħdan l-Unjoni Ewropea u li jkunu intenzjonati għall-Ministri responsabbli mit-temi partikolari tal-portafoll ministerjali tiegħi.

 

Seduta Numru 435

18/02/2026

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

33523. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026?

 

07/01/2026

 

ONOR. BYRON CAMILLERI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa din is-sena, attendejt għal laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Interni li saret f’Ċipru fit-22 ta’ Jannar 2026. Għax-xhur li ġejjin, bħala prassi u sa fejn ikun possibbli, jien ser nattendi l-laqgħat li jsiru fi ħdan l-Unjoni Ewropea u li jkunu intenzjonati għall-Ministri responsabbli mit-temi partikolari tal-portafoll ministerjali tiegħi.

 

Seduta Numru 435

18/02/2026

 

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

33522. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026?

 

07/01/2026

 

ONOR. CLYDE CARUANA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa din is-sena, attendejt għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Finanzi li saru fi Brussels fid-19 u l-20 ta’ Jannar 2026 u fis-16 u s-17 ta’ Frar 2026.

 

Għax-xhur li ġejjin, bħala prassi u sa fejn ikun possibbli, jien ser nattendi l-laqgħat kollha li jsiru fi ħdan l-Unjoni Ewropea u li jkunu intenzjonati għall-Ministri responsabbli mit-temi partikolari tal-portafoll ministerjali tiegħi.

 

Seduta Numru 435

18/02/2026

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

 33521. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026?

 

07/01/2026

 

ONOR. SILVIO SCHEMBRI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa din is-sena attendejt għal-laqgħa tal-Kunsill informali tal-Ministri tal-Kompetittività li saret f’Ċipru fit-3 u l-4 ta’ Frar. Għax-xhur li ġejjin, bħala prassi u sa fejn ikun possibbli, jien ser nattendi l-laqgħat kollha li jsiru fi ħdan l-Unjoni Ewropea u li jkunu intenzjonati għall-Ministri responsabbli mit-temi partikolari tal-portafoll ministerjali tiegħi.

 

Seduta Numru 435

18/02/2026

16.2.26

SEMPLIĊEMENT NIPPRETENDU

1. Numru ta’ drabi niddubita kemm il-klassi politika qegħda tifhem lill-poplu. Forsi, kif jiġri, min imexxi tant qed jiġi assedjat minn talbiet varji u b’immaġinazzjoni mingħand numru ta’ bnedmin fil-kostitwenza, li qed jibni l-impressjoni li dak hu li l-poplu jrid. Tant huwa b’saħħtu dan il-proċess, li jaqta’ barra lil dak li jkun mir-realtà li jgħix fiha. Jaqtgħu minn dawk li huma l-esiġenzi, in-neċessitajiet u l-aspirazzjonijiet tal-bnedmin fuq dawn il-gżejjer. Iġibu f’pożizzjoni li jsir konvint li dak li jgħodd hu kemm “taqdi” nies u tirbaħ jew titlef elezzjonijiet, jew li fuq dan il-“qadi” tiġi elett jew le. Fl-esperjenza politika ta’ oħrajn huwa ċar li dan mhuwiex il-każ.

Prijoritajiet

2. Il-bnedmin iridu, u għandhom ideat li ma jaqblux ma’ dan. Jekk mhux ukoll jiddisprezzaw din it-tip ta’ politika. Il-fatti juru li l-votant ifittex ħajja fejn l-affarijiet ikunu iktar sempliċi. Ifittex amministrazzjoni effiċjenti, ugwali, ġusta u aċċessibbli. Ifittex politiċi li jassiguraw dan u li jibnu biċċa biċċa fuq dak li għandna. Dan fi proċess loġiku li fih dak li mhuwiex jaħdem, dak li huwa manifestament żbaljat, jitneħħa ħalli jinbnew toroq ġodda. Ħafna drabi, fil-ħsieb li wieħed jiġġustifika l-eżistenza politika tiegħu jinbena l-kunċett ta’ proġetti kbar u li jimpressjonaw. Dawk diffiċli għax għandhom bżonn ħafna flus, kuntratti, ħin u kumplessitajiet varji. Xi drabi dawk li jibdew jidhru fil-bidu bħala soluzzjonijiet imma li waqt il-proġett stess isiru diġà irrelevanti.

Iktar minn dan

3. Forsi f’dan, il-punt l-iktar kruċjali jitlaq minn kemm aħna kapaċi nikkomunikaw politikament. Jista’ jkun li l-fatt li ħallejna fuq l-ixkafef tagħna l-kultura klassika nqtajna mil-lezzjonijiet passati li wieħed irid jispjega ċar ħafna dak li jkun qiegħed jipprospetta. Abbandunajna dik l-abbiltà effettiva u diretta li nkunu sempliċi u awtentiċi f’dak li ngħidu li ser nagħmlu. Forsi aktar minn hekk, qtajna qalbna minn dan u rrassenjajna ruħna fil-fallaċja li dan m’hemmx bżonnu. Niftakarni niltaqa’ u nitkellem ma’ politiċi oħra li kienu mhux biss jafdaw fil-bżonn tad-diskors politiku tagħhom, imma kienu wkoll jippreparawh tant li jimmemorizzawh. Hemm kienu effettivi u ġabru warajhom bnedmin varji sabiex bidlu fil-kunsens elettorali u mhux fl-impożizzjoni silenzjuża.

F’dan iż-żmien

4. Ngħid dan f’vesti ta’ riflessjoni u awtokritika ta’ dawk li jien parti minnhom illum. Dan għax meta titkellem mal-poplu, il-ħsieb tiegħu huwa marbut l-iktar mal-ħajja li fiha l-liġi tiġi rispettata u applikata. Ma’ grad qawwi ta’ normalità li fiha l-bnedmin, bir-responsabbiltà, jimxu sewwa. Iħaddmu tajjeb u kif għandhom l-istrumenti legali li għandhom b’responsabbiltà u piż politiku f’idejhom. M’hemmx bżonn spettakli parlamentari. Wisq inqas diskors żejjed u dispreġjattiv. Sempliċi twettiq ta’ dak li kull Stat demokratiku normali jistenna. Meta minflok jara li mekkaniżmi kostituzzjonali mill-iktar ċari u razzjonali jiġu kkumplikati, jiddejjaq. Dan għax huwa żmien differenti milli kellna qabel.

L-istorja

5. F’dan iktar meta wieħed jikkunsidra li proċess kostituzzjonali stabbilit sabiex iġib għaqda nazzjonali jispiċċa kollox barra minn dan. Fl-emendi li saru ftit ilu, hemm issa numru ta’ karigi li fihom hemm bżonn qbil qawwi ta’ żewġ terzi tad-deputati sabiex issir il-ħatra. Bħalissa weħilna fuq il-Prim Imħallef. Daqt ġejja oħra, bħal tal-Awditur Ġenerali, meta ftit ilu konna qbilna fuq il-President tar-Repubblika. Qatt mhu faċli jew tazza ilma biex tiddeċiedi dwar min jokkupa dawn il-karigi li huma, fil-fatt, garanzija tad-demokrazija tagħna. Biss, kif l-esperjenza uriet, huwa iktar sod li bniedem f’dawn il-pożizzjonijiet ikollu l-konfort ta’ tant appoġġ politiku. Mhux biss, imma hemm ukoll l-għarfien li r-responsabbiltà politika li inevitabbilment tiġi, hija maqsuma.

Kull ma jridu

6. Dak li seħħ f’dawn l-aħħar ġranet fl-għażla tal-kariga xejn faċli ta’ Prim Imħallef ma tantx qawwa qalb il-poplu fuq l-abbiltà tal-politiċi. Reazzjoni għall-fatt li dan ma nbediex qabel u ma sarx kif kellu jsir. Fis-sens loġiku li huwa għaqli li min għandu l-piż tal-Gvern jagħżel sew il-passi tiegħu biex iġib il-kunsens li għandu bżonn mingħand min ma jaqbilx. Għandu dan il-bżonn sija, l-ewwel, għall-pajjiż biex juri normalità, stabilità u maturità politika; u t-tieni, għalih innifsu, għax juri li għandu huwa nnifsu wkoll din il-kapaċità politika. Ħadd ma jitwieled b’dawn it-talenti, imma lkoll nafu li jistgħu jinbnew. Nittama li weħilna temporanjament. F’dan nittama iktar li nistgħu nimxu ’l quddiem f’kull kariga li ġejja quddiemna. F’dan proprju, sempliċement nippretendu li l-affarijiet isiru kif għandhom, u jingħalqu daqstant ieħor b’dan il-mod.

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

33520. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026?

 

07/01/2026

 

ONOR. CLIFTON GRIMA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29769, attendejt ukoll għas-sittin sena Anniversarju ta’ Malta bħala membru tal-Kunsill tal-Ewropa ġewwa Strassburgu, kif ukoll għall-ħamsa u tletin sena Anniversarju tal-Kumitat tal-Ministri ġewwa Venezja. Inżid ngħid li niġi mistieden diversi laqgħat f’fora tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-Kunsill tal-Ewropa, madankollu l-attendenza tiegħi tiddependi minn xogħol Ministerjali f’pajjiżna.

 

Seduta Numru 434

11/02/2026

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

33519. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026?

 

07/01/2026

 

ONOR. CLINT CAMILLERI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa din is-sena m’attendejtx laqgħat tal-kunsill tal-Ministri. Għax-xhur li ġejjin, bħala prassi u sa fejn ikun possibbli, jien ser nattendi l-laqgħat kollha li jsiru fi ħdan l-Unjoni Ewropeja u li jkunu intenzjonati għall-Ministri responsabbli mit-temi partikolari tal-portafoll ministerjali tiegħi.

 

Seduta Numru 434

11/02/2026

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

33518. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat: Tista’ l-Ministru tgħid għal liema laqgħat attendiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistennija tattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026?

 

07/01/2026

 

ONOR. JULIA FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul ix-xahar ta’ Jannar ma attendejtx għal-laqgħat relatata mal-Kunsill tal-Ewropa jew fl-livell ta’ Unjoni Ewropea. Għax-xhur li ġejjin, bħala prassi u sa fejn ikun possibbli, jien ser nattendi l-laqgħat kollha li jsiru fi ħdan l-Unjoni Ewropea u li jkunu intenzjonati għall-Ministri responsabbli mit-temi partikolari tal-portafoll ministerjali tiegħi.

 

Seduta Numru 434

11/02/2026

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

33517. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026?

 

07/01/2026

 

ONOR. MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor. Interpellant li għax-xhur li ġejjin, bħala prassi u sa fejn ikun possibbli, jien ser nattendi l-laqgħat kollha li jsiru fi ħdan l Unjoni Ewropea u li jkunu intenzjonati għall-Ministri responsabbli partikolari tal-portafoll ministerjali tiegħi.

 

Seduta Numru 434

11/02/2026

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

33516. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu: Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026?

 

07/01/2026

 

ONOR. IAN BORG: Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn id-19 u l-20 ta’ Frar ġejt mistieden biex nipparteċipa fil-Kunsill (informali) tal-Affarijiet Barranin fuq il-Kummerċ li se jsir f’Nicosia. Għax-xhur li ġejjin, bħala prassi u sa fejn ikun possibbli, jien ser nattendi l-laqgħat kollha li jsiru fi ħdan l-Unjoni Ewropea u li jkunu intenzjonati għall-Ministri responsabbli mit-temi partikolari tal-portafoll ministerjali tiegħi.

 

Seduta Numru 434

11/02/2026

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

33515. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026?

 

07/01/2026

 

ONOR. OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa din is-sena m’attendejtx għal-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Kultura. Għax-xhur li ġejjin, bħala prassi u sa fejn ikun possibbli, jien ser nattendi l-laqgħat kollha li jsiru fi ħdan l-Unjoni Ewropea u li jkunu intenzjonati għall-Ministri responsabbli mit-temi partikolari tal-portafoll ministerjali tiegħi.

 

Seduta Numru 434

11/02/2026

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

33514. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika: Tista’ l-Ministru tgħid għal liema laqgħat attendiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistennija tattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026?

 

07/01/2026

 

ONOR. MIRIAM DALLI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa din is-sena, attendejt għal-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Ambjent li saret f’Ċipru fil-5 u s-6 ta’ Frar. Għax-xhur li ġejjin, kif diġà spjegajt diversi drabi, bħala prassi u sa fejn ikun possibbli, jien ser nattendi l-laqgħat kollha li jsiru fi ħdan l-Unjoni Ewropea u li jkunu intenzjonati għall-Ministri responsabbli mit-temi partikolari tal-portafoll ministerjali tiegħi.

 

Seduta Numru 433

09/02/2026

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

33513. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026?

 

07/01/2026

 

ONOR. CHRIS BONETT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li għax-xhur li ġejjin, bħala prassi u sa fejn hu possibbli, jien se nattendi l-laqgħat kollha li jsiru fi ħdan l-Unjoni Ewropea u li jkunu intenzjonati għall-Ministri responsabbli mit-temi partikolari tal-portafoll ministerjali tiegħi.

 

Seduta Numru 433

09/02/2026

MA KIENX JAQBEL

1. F’dawn il-ġranet fejn id-dinja tinsab f’mument mill-iktar diffiċli u kkumplikat, m’għandniex ninsew persuna li ħadmet għal dinja aħ...