26.2.26

UNJONI EWROPEA - DIRETTIVI

33536. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

 

07/01/2026

 

ONOR. BYRON CAMILLERI: Ninsab infurmat li din is-sena il-Ministeru implimenta d-Direttiva (UE) 2022/ 2557 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi. Hemm żewġ direttivi oħra li mistennija li jiġu implimentati fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2026, hekk kif ġej:

1. id-Direttiva (UE) 2024/1233 tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2024 dwar proċedura ta’ applikazzjoni unika għal permess uniku għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jirrisjedu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru u dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fi Stat Membru, li għandha tkun implimentata sat-22 ta’ Mejju 2026; u,

 2. id-Direttiva (UE) 2024/1346 tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni), li għandha tkun implimentata sat-12 ta’ Ġunju 2026.

 

Seduta Numru 437

24/02/2026


No comments:

IL-FGURA - KUNSILL LOKALI - RIVISTI PPUBBLIKATI

33544. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rivi...