5.2.26

XROBB L-GĦAĠIN - PARK NATURALI - XOGĦLIJIET

33504. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika: Tista’ l-Ministru tgħid liema xogħlijiet ġew esegwiti fil-Park Naturali ta’ Xrobb l-Għaġin matul is-sena 2025?

 

07/01/2026

 

ONOR. MIRIAM DALLI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul is-sena 2025, ix-xogħlijiet li saru fil-Park Naturali ta’ Xrobb l-Għaġin, f’Marsaxlokk, kienu varji u ffukati fuq il-konservazzjoni ambjentali, ir-restawr strutturali, u l-modernizzar infrastrutturali. Saru xogħlijiet fuq il-ġestjoni ekoloġika tal-park, fejn tħawlu diversi siġar u arbuxelli, ittejbet is-sistema tal-irrigazzjoni, qtugħ tal-ħaxix, żbir tas-siġar, restawr tal-ħitan tas-sejjieħ, tneħħija ta’ pjanti invażivi u tisbiħ ġenerali fiż-żoni tal-pikniks.

Flimkien mal-isforzi ambjentali, saru interventi fuq l-assi strutturali tal-park fejn saru titjib u manutenzjoni meħtieġa. L-interventi li saru ġewwa s-sala tal-konferenzi u l-hostel, jinkludu installazzjoni ta’ diversi units tal-arja kundizzjonata, fannijiet ġodda, tibdil ta’ hand dryers, tneħħa l-membrane qadim minn fuq is-saqaf tas-sala tal-konferenzi u tpoġġa ieħor ġdid, tibdil ta’ madum, tikħil u tibjid f’diversi partijiet u kmamar ġewwa l-binjiet. Jikkumplimenta dan ix-xogħol saru interventi ta’ manutenzjoni fuq il-bordijiet tad-distribuzzjoni ewlenin li jipprovdu provvista tal-elettriku lill-park kollu u għall-proġett tat-tempju ta’ Heritage Malta, kif ukoll manutenzjoni tal-plumbing.

Proġetti ta’ konservazzjoni notevoli inkludew ukoll it-tisħiħ strutturali ta’ tank ġdid għall-fkieren u beda x-xogħol fuq is-sistema ta’ filtrazzjoni tal-ilma baħar biex isir rimi tiegħu b’mod sostenibbli u skont il-permessi fis-seħħ.

Dawn ix-xogħlijiet ekoloġiċi u strutturali kienu akkumpanjati minn rondi tas-sigurtà ta’ kuljum u minn programm edukattiv estensiv għall-iskejjel kif ukoll żjarat għall-pubbliku ġenerali.

 

Seduta Numru 432

04/02/2026

No comments:

ĦAŻ-ŻABBAR - DELITTI MARBUTA MA’ SERQ

33508. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurta...