33516. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu: Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026?
07/01/2026
ONOR. IAN BORG: Ninforma lill-Onor. Interpellant li
bejn id-19 u l-20 ta’ Frar ġejt mistieden biex nipparteċipa fil-Kunsill
(informali) tal-Affarijiet Barranin fuq il-Kummerċ li se jsir f’Nicosia.
Għax-xhur li ġejjin, bħala prassi u sa fejn ikun possibbli, jien ser nattendi
l-laqgħat kollha li jsiru fi ħdan l-Unjoni Ewropea u li jkunu intenzjonati
għall-Ministri responsabbli mit-temi partikolari tal-portafoll ministerjali
tiegħi.
Seduta Numru 434
11/02/2026
No comments:
Post a Comment