33532. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
07/01/2026
ONOR. CLINT CAMILLERI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa
l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar m’għandu l-ebda direttivi tal-Unjoni
Ewropea, li ġew jew mistennija, jiġu trasposti matul l-ewwel sitt xhur tas-sena
2026. Għaldaqstant, il-Ministeru m’għandu l-ebda direttiva li għadha pendenti.
Seduta Numru 436
No comments:
Post a Comment