33535. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
07/01/2026
ONOR. CLYDE CARUANA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk
id-Direttivi li jaqgħu taħt il-Ministru għall-Finanzi u li d-data ta’ skadenza
għat-traspożizzjoni tagħhom taħbat fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 huma
s-segwenti:
|
Direttiva |
Skadenza |
|
Direttiva (UE)
2024/1619 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 li
temenda d-Direttiva 2013/36/UE fir-rigward tas-setgħat superviżorji,
is-sanzjonijiet, il-fergħat ta’ pajjiżi terzi, u r-riskji ambjentali, soċjali
u ta’ governanza |
10/01/2026 |
|
Direttiva (UE)
2023/2864 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li
temenda ċerti Direttivi fir-rigward tal-istabbiliment u l-funzjonament
tal-punt ta’ aċċess uniku Ewropew |
10/01/2026 |
|
Direttiva (UE)
2024/927 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2024 li temenda
d-Direttivi 2011/61/UE u 2009/65/KE fir-rigward tal-arranġamenti ta’ delega,
il-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità, ir-rapportar superviżorju, il-forniment
ta’ servizzi depożitarji u ta’ kustodja u l-oriġinazzjoni tas-self minn fondi
ta’ investiment alternattivi |
16/04/2026 |
|
Direttiva (UE)
2024/2811 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2024 li
temenda d-Direttiva 2014/65/UE biex tagħmel is-swieq kapitali pubbliċi
fl-Unjoni aktar attraenti għall-kumpaniji u biex tiffaċilita l-aċċess
għall-kapital għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u li tħassar
id-Direttiva 2001/34/KE |
05/06/2026 |
|
Direttiva (UE)
2024/2994 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2024 li
temenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2013/36/UE u (UE) 2019/2034 fir-rigward
tat-trattament tar-riskju ta’ konċentrazzjoni li jirriżulta minn skoperturi
għal kontropartijiet ċentrali u tar-riskju tal-kontroparti fi
tranżazzjonijiet ta’ derivattivi kklerjati ċentralment |
25/06/2026 |
Dawn id-Direttivi għadhom ma ġewx trasposti fil-liġi nazzjonali u għalhekk
għadhom kollha pendenti.
Seduta Numru 437
24/02/2026
No comments:
Post a Comment