33518. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat: Tista’ l-Ministru tgħid għal liema laqgħat attendiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistennija tattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026?
07/01/2026
ONOR. JULIA FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul ix-xahar ta’
Jannar ma attendejtx għal-laqgħat relatata mal-Kunsill tal-Ewropa jew fl-livell
ta’ Unjoni Ewropea. Għax-xhur li ġejjin, bħala prassi u sa fejn ikun possibbli,
jien ser nattendi l-laqgħat kollha li jsiru fi ħdan l-Unjoni Ewropea u li jkunu
intenzjonati għall-Ministri responsabbli mit-temi partikolari tal-portafoll
ministerjali tiegħi.
Seduta Numru 434
11/02/2026
No comments:
Post a Comment