4.2.26

IŻ-ŻEJTUN - MISRAĦ KARMNU GRIMA - XOGĦLIJIET

33497. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew ix-xogħlijiet ta’ Misraħ Karmnu Grima, iż-Żejtun, issa li huma lesti?

 

07/01/2026

 

ONOR. CHRIS BONETT: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħlijiet ta’ bini mill-ġdid tal-Misraħ Karmnu Grima, parti minn Triq Joe Attard, parti minn Triq L-Isqof Antonio Zahra u parti minn Triq Antonio Micallef, iż-Żejtun swew €595,998.31 komplessivament.

Dawn ix-xogħlijiet kienu jikkonsistu fil-qlugħ tal-pavimenti eżistenti, kostruzzjoni ta’ bankini ġodda, konnessjonijiet ġodda ta’ servizzi mal-binjiet eżistenti, kostruzzjoni ta’ parkeġġ u kostruzzjoni ta’ toroq.

 

Seduta Numru 431

03/02/2026

No comments:

MA KIENX JAQBEL

1. F’dawn il-ġranet fejn id-dinja tinsab f’mument mill-iktar diffiċli u kkumplikat, m’għandniex ninsew persuna li ħadmet għal dinja aħ...