33525. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
07/01/2026
ONOR. ANTON REFALO: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru
li tiegħu responsabbli bħalissa qed jaħdem fuq it-traspożizzjoni ta’ direttiva
tal-UE fil-liġi nazzjonali u li hija li ġej:
|
Titolu tad-direttiva tal-UE |
Data sa meta trid tingħalaq it-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali |
|
|
|
|
DIRETTIVA TA’
IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2449 tal-4 ta’ Diċembru 2025 li
temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE fir-rigward tal-protokolli
għall-eżami tal-varjetajiet tal-lift tal-Iżvezja, tal-kaboċċi għall-magħlef,
tar-ross, tal-grupp tal-kaboċċi tal-weraq, tal-grupp tal-kaboċċi tat-Toskana,
tal-grupp tal-kaboċċi Portugiżi (Tronchuda), tal-kaboċċi Ċiniżi, tat-tadam u
tal-ispinaċi |
30 ta’ Ġunju
2026 |
Seduta Numru 435
18/02/2026
No comments:
Post a Comment