33537. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
07/01/2026
ONOR. JONATHAN ATTARD: Ninforma lill-Onor.
Interpellant li dawk id-Direttivi li jaqgħu taħt il-Ministru għall-Ġustizzja u
r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u li d-data ta’ skadenza
għat-traspożizzjoni tagħhom taħbat fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 huma
s-segwenti:
|
Direttiva |
Skadenza |
|
Direttiva (UE) 2023/1544 tat-12 ta’ Lulju 2023 li
tistabbilixxi regoli armonizzati dwar id-deżinjazzjoni ta' stabbilimenti
deżinjati u l-ħatra ta' rappreżentanti legali għall-fini ta' ġbir ta'
evidenza elettronika fi proċedimenti kriminali |
18/2/2026 |
|
Direttiva (UE) 2024/869 tat-13 ta’ Marzu 2024 li
temenda d-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u
d-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE fir-rigward tal-valuri ta’ limitu għaċ-ċomb
u l-komposti inorganiċi tiegħu u għad-diisoċjanati |
09/04/2026 |
|
Direttiva (UE) 2024/1203 tal-11 ta’ April 2024
dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali u li
tissostitwixxi d-Direttivi 2008/99/KE u 2009/123/KE |
21/05/2026 |
|
Direttiva (UE) 2024/1069 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jinvolvu
ruħhom f’parteċipazzjoni pubblika minn talbiet manifestament infondati jew
proċedimenti tal-qorti abbużivi (“Kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni
pubblika”) |
07/05/2026 |
|
Direttiva (UE) 2024/1275 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2024 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu
tal-enerġija (riformulazzjoni) |
29/05/2026 |
*Id-Direttiva
(UE) 2024/1069 diġà ġiet trasposta fid-dritt nazzjonali, filwaqt li d-direttivi
l-oħra għadhom pendenti.
Seduta Numru 437
24/02/2026
No comments:
Post a Comment