16.2.26

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

33512. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026?

 

07/01/2026

 

ONOR. ANTON REFALO: Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa din is-sena, attendejt għal-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri ta’ Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali li saret f’ Brussell f’ 26 ta’ Jannar. Attendejt ukoll għal-laqgħa Politika tal-Ministri tal-Agrikoltura – organizzata flimkien mill-Kummissjoni Ewropea u l-Presidenza ta’ Ċipru li saret f’ Brussell f’ 7 ta’ Jannar. Għax-xhur li ġejjin, bħala prassi u sa fejn ikun possibbli, jien ser nattendi l-laqgħat kollha li jsiru fi ħdan l- Unjoni Ewropea u li jkunu intenzjonati għall-Ministri responsabbli mit-temi partikolari tal-portafoll ministerjali tiegħi.

 

Seduta Numru 433

09/02/2026

No comments:

MORAL COMPASS

1. Segwejthom flimkien u wara fi triqithom. Bnedmin li mmarkaw perjodu partikolari tal-politika Ingliża. Dawk li nfluwenzaw fl-użu partikola...