33526. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
07/01/2026
ONOR. CHRIS BONETT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttiva
li d-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni tagħha taħbat fit-tieni nofs
tas-sena 2026 hija s-segwenti:
|
DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1801 tat-23 ta’ Ġunju 2025
li taddatta għall-progress xjentifiku u tekniku l-Annessi I u II
tad-Direttiva (UE) 2022/1999 tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar
proċeduri uniformi għal kontrolli fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq. |
23/06/2026 |
Din id-Direttiva
għadha ma ġietx trasposta fil-liġi nazzjonali u għalhekk għadha pendenti.
Seduta Numru 435
18/02/2026
No comments:
Post a Comment