33530. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
07/01/2026
ONOR. MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor.
Interpellant li fil-preżent, l-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet
tat-Tfal m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni fl-ewwel
sitt xhur tas-sena 2026, u għalhekk ma hemm l-ebda Direttiva li għadha pendent
f’isem il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal.
Seduta Numru 436
23/02/2026
No comments:
Post a Comment