18.12.24

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt fuq il-pożizzjoni politika. Kif ngħidu: riħ ta’ siegħa jnaddaf qiegħa. Il-pajjiż u aħna stess għadna ma nistgħux nidraw dak li ġara. Il-mument jixraq li jiġi ċelebrat u fl-istess ħin hu wieħed li jwelled l-ideat. Il-poplu għadu ma jistax jemmen x’seħħ. Irid jieqaf u jkompli jifraħ u fl-istess ħin jagħraf li f’xi mument irid jaffronta l-futur tiegħu. Id-domanda rilevanti għalihom hija: x’ser tkun it-tmexxija għada pitgħada meta l-festini jieqfu u jkun irid jibda x-xogħol ta’ rikostruzzjoni? Min ser imexxi, u kif? Min ser ikun kapaċi jidderieġi, u fl-istess ħin jieqaf lil dawk li għandhom interess li dan il-poplu ġeneruż ifalli?

Dayr al-Zur

2. Stat demokratiku f’dak il-pajjiż huwa dak li ċertament jixraq. Aktar u aktar meta diversi miljuni mxerrda mad-dinja jafu din xi tfisser u ma jarawx ħajja differenti għalihom. Iżda r-realtà hija li b’sistema demokratika l-pajjiż ikun ta’ theddida għall-pajjiżi ġirien li mhumiex demokratiċi; anzi parti mis-sistema dittatorjali li għal dawn l-aħħar ħamsin sena l-familja ta’ al-Assad ħakmet. Kienu komdi jeżerċitaw it-tirannija. Issa le. Hemm f’dan però għatx kbir li jkun hemm bidla vera. F’dak il-proċess li mill-2012 beda f’dan il-post minn ftit persuni. Biss, altru d-diffikultà xejn faċli li tneħħi tirannija u dittatur, u altru li tibni wara. Kif u min ser jirbaħ b’intelliġenza kultura politika u soċjali li għal dawn is-snin il-kelma ‘demokrazija’ setgħu biss semgħu biha. Kif iġġibha tibda u taħdem hija verament sfida li kif nafu ulied Sirjani waħedhom, mingħajr indħil jew lezzjonijiet imma biss b’appoġġ veru, jistgħu jwettqu.

F’din is-sena


3. Argument politiku attwali għax sa issa rajna kif minkejja l-ispirtu liberu tal-poplu, flok ġieb id-demokrazija mid-dittatura, ġieb bidla fid-dittatur. Sibt iktar ispirazzjoni dwar dan waqt li qiegħed naqra ktejjeb bit-titolu sempliċi ta’ Ideali e Azione di Alcide De Gasperi (1974) dwar numru ta’ diskorsi ta’ Amintore Fanfani (1908-1999). Żewġ mexxejja Demokristjani li servew lil pajjiżhom sew u mexxewh ’il quddiem. L-iktar l-ewwel wieħed fil-mument deċiżiv. De Gasperi (1881-1954), li din is-sena fakkarna s-sebgħin sena minn mewtu, kien il-bniedem li kellu l-abbiltà li poplu li kien maħkum mid-dittatorjat Faxxista għal aktar minn għoxrin sena rnexxielu jieħdu lejn id-demokrazija. Kien għaqli, attent, ippreparat u deċiż li jara li l-kultura politika tinbidel. Ma kienx hemm bdil fid-dittatur, imma fis-sistema. Dak li serva f’dik il-fażi delikata u determinanti biex kemm il-poplu, kif ukoll il-pajjiż, ikun lura liberi.

Il-ktejjeb

4. Fil-ktieb illum, ħamsin sena wara, hemm sitt diskorsi li saru tul is-snin minn Fanfani, mimlija riflessjonijiet. Huwa wkoll kien Demokratiku Kristjan u parti mit-tieni ġenerazzjoni ta’ dawk li għaddew minn taħt il-kefrija tal-Faxxiżmu. Persuna li din is-sena wkoll infakkru l-ħamsa u għoxrin sena minn mewtu. Bniedem mimli enerġija u serva diversi drabi fil-kariga ta’ Prim Ministru ta’ pajjiżu u f’karigi ministerjali varji. Ħaqqu li wieħed ifakkru, l-iktar għax kien kapaċi, ma’ oħrajn, li jżommu l-ispirtu demokratiku għaddej u jissudaw aktar dak li De Gasperi kien beda. Taħtu saru diversi miżuri soċjali. Diversi deċiżjonijiet fit-tkabbir ekonomiku seħħew ukoll. Siltiet ta’ ħidma li minn dawn id-diskorsi wieħed jagħraf aktar kemm kien ipprattikahom De Gasperi. Huwa jgħid li kien il-protagonista fil-ħajja nazzjonali f’żewġ punti: “... quello della ricostruzione democratica e quello delle riforme sociali.”

Ideat

5. Laqtuni numru ta’ punti li biex Fanfani seta’ jagħrafhom f’De Gasperi jfisser li kienu parti sħiħa minnu. Fost l-oħrajn, huwa jgħid hekk: “La lezione che si apprende scrutando la vita, il pensiero, l’azione di De Gasperi è quindi una lezione di chiarezza nelle idee, di fermezza negli obiettivi, di rispetto degli avversari, di virile coscienza dei propri diritti e dei propri doveri, di fiducia in un popolo che confida nel contemporaneo adempimento della civica missione da parte di ognuno, e che diffida, a ragione, delle fatue speranze in taumaturgiche personalità.” (Il-lezzjoni li wieħed jieħu waqt li janalizza sew ħajtu, ħsibijietu, l-azzjoni ta’ De Gasperi hija għalhekk lezzjoni ta’ ideat ċari, ta’ pożizzjonijiet sodi fl-objettivi, fir-rispett lejn l-avversarji, ta’ kuxjenza retta fid-dmirijiet u drittijiet ta’ kull persuna, u li ma tafdax fil-wegħdiet fiergħa ta’ dawk li jingannaw.)

Kien iebes

6. De Gasperi kien f’dan bniedem tad-dover. Deċiż li jwettaq is-sewwa u li jqiegħed il-pedamenti għall-futur. F’dan huwa proprju l-mument li wieħed jirrifletti fuq il-missjoni li wettaq. Li wieħed f’dan iħares lejn il-passat biex jispira ruħu fil-preżent. Li jifhem li fil-mument tal-bidla, fit-tmiem ta’ dittatorjat, wieħed għandu bżonn bnedmin b’dawn il-kwalitajiet. Fanfani f’dan jirrikonoxxi aktar li s-sagrifiċċji li saru minnu kienu biex id-dinja tkun aħjar. Huwa jidentifikahom hekk: “... gioia per la libertà riconquistata, preoccupazione di consolidarla; fierezza per la rinata democrazia e vivo desiderio di vivicarla; ardente sete di giustizia e fermo proposito di renderla al popolo, volontà di progresso.” (... ferħ fil-libertà miksuba lura, ħsieb biex tiġi kkonsolidata, kburi li twieldet mill-ġdid id-demokrazija u xewqa qawwija biex tieħu lura l-ħajja; għatx għall-ġustizzja u determinazzjoni biex tingħata lill-pajjiż, sejħa lejn il-progress.)

Ideali

7. F’dan, għalhekk, huwa sewwa u xieraq verament li niftakru u nfakkru dak li De Gasperi u Fanfani wettqu, u fl-istess ħin nittamaw li oħrajn jieħdu eżempju. Aktar u aktar f’dan ix-xahar. Dak li waqtu nirreġistraw li tul din is-sena għandna nifirħu u niftakru li s-Sirja hija issa libera. Fl-istess ħin li nittamaw li ħidmet id-dinja demokratika għandha tkun dik li tgħin sabiex dan il-proċess ma jieqafx. Fuq kollox, li jiġu sostnuti bnedmin validi. Dawk li huma kif kien De Gasperi: “Rivoluzionario di cose e di sistemi, non violentatore di libertà.” Nittamaw f’dan ferm aktar f’dak li ġej sabiex is-sewwa u l-futur f’dik l-art jibdew mingħajr iktar tfixkil jew indħil.

WIED IL-GĦAJN - IX-XATT - MANUTENZJONI U TIBDIL TAL-PAVIMENTAR

23386. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 5953 u 8490, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk hux issir il-manutenzjoni neċessarja u t-tibdil tal-pavimentar fix-Xatt ta’ Wied il-Għajn?

 

21/11/2024

 

ONOR. IAN BORG:  Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Seduta  294

10/12/2024

WIED IL-GĦAJN - IX-XATT - MANUTENZJONI U TIBDIL TAL-PAVIMENTAR

23385. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 5953 u 8490, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux issir il-manutenzjoni neċessarja u t-tibdil tal-pavimentar fix-Xatt ta’ Wied il-Għajn?

 

21/11/2024

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed isiru pjanijiet biex jibdew xogħlijiet ta’ rinfurzar ta’ ħitan li jżommu t-toroq tal-promenade, kif ukoll li jitranġa l-pavimentar skond il-ħtieġa.

Seduta  294

10/12/2024

WIED IL-GĦAJN - PJAN GĦAT-TURIŻMU

23384. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 4462 u 9420, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk mit-12 ta’ Ġunju 2023 sal-lum il-pjan għat-turiżmu f’Wied il-Għajn huwiex finalizzat?  Jekk iva, meta ser ikun ippubblikat?

 

21/11/2024

 

ONOR. IAN BORG:  Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2251.

Seduta  294

10/12/2024

RAĦAL ĠDID - TRIQ IT-TEMPJI NEOLITIĊI - XOGĦLIJIET

23383. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21702, jista’ l-Ministru jikkonsidra mill-ġdid il-pożizzjoni tiegħu fir-rigward ta’ Triq it-Tempji Neolitiċi li tibda minn Raħal Ġdid sa Ħal Tarxien?

 

21/11/2024

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lil Onor. Interpellant illi l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta tikkonsulta mal-Kunsill Lokali rispettiv u tagħmel ix-xogħolijiet neċessarji fit-toroq fuq bażi ta’ prijorità stabbilita mill-istess Kunsill Lokali.

Seduta  294

10/12/2024

ARTIKOLU 28A - SENTENZI MOGĦTIJA

23382. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw sentenzi fejn il-ħati tqiegħed taħt id-disposizzjonijiet tal-Artikolu 28A u ċjoè sentenzi sospiżi matul is-sena 2024, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm ingħataw sentenzi matul is-sena 2023?

 

21/11/2024

 

ONOR. JONATHAN ATTARD:  Ninforma lill-Onor. Interpellant sal-aħħar ta’ Novembru 2024 ingħataw dawn is-sentenzi taħt id-disposizzjonijiet tal-Artikolu 28A tal-Kap 9 tal-Liġijiet ta’ Malta:

 

Sentenzi Sospiżi

Qorti ta’ Malta

256

Qorti ta’ Għawdex

6

 

Fir-rigward tas-sentenzi mogħtija taħt l-istess Artikolu 28A tal-Kap 9 tal-Liġijiet ta’ Malta matul is-sena 2023, nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 18035.

Seduta  294

10/12/2024

ATT DWAR IL-PROBATION - SENTENZI MOGĦTIJA

23381. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw sentenzi fejn il-ħati tqiegħed taħt id-disposizzjonijiet tal-Att dwar il-Probation matul is-sena 2024, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm ingħataw sentenzi matul is-sena 2023?

 

21/11/2024

 

ONOR. JONATHAN ATTARD:  Ninforma lill-Onor. Interpellant sal-aħħar ta’ Novembru 2024 ingħataw dawn is-sentenzi taħt id-disposizzjonijiet tal-Att dwar il-Probation:

 

Community Service

Probation

Qorti ta’ Malta

17

174

Qorti ta’ Għawdex

1

8

 

Fir-rigward tas-sentenzi mogħtija taħt l-istess Att matul is-sena 2023, nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 18035.

 

Seduta  294

10/12/2024

X'QED JIĠRI?

1. Tul din il-ġimgħa, fuq fomm diversi, dan kien is-suġġett u din kienet il-mistoqsija. Hemm ġabra ta’ aħbarijiet li qegħdin juruna, bil-fatti, li ninsabu fejn ma rridux inkunu. Ngħid aktar dan għax il-linja politika li dan il-Gvern ħaddan għal dawn l-aħħar snin qegħda tisqina lura l-morr. Tressqet lilna taħt l-umbrella tal-ħniena u tal-kompassjoni, iżda issa riesqa lejn dik traġika. Għax fil-ħajja tista’ tinjora l-verità tal-fatti. Iktar minn hekk tista’ tmur kontra l-valuri fundamentali, il-pedamenti li fis-sekli sawru lill-bniedem, imma fl-aħħar mill-aħħar tiġi lura għal minn fejn tlaqt. Tmur lura biex tifhem li ma tistax iċċedi, jew tkun b’sieq waħda naħa u b’sieq in-naħa l-oħra. L-għażla trid tkun ċara: jew li tkun favur, jew li tkun kontra.

Hija ċertament prijorità

2. F’dan jidher iktar ċar li f’dawn ix-xhur telgħet fil-wiċċ problema soċjali li akkumulat sew. Ġabret iktar kumplikazzjonijiet u sfidi milli qatt kellha qabel. Il-ġlieda kontra t-traffikar illegali tad-droga ilha għaddejja s-snin. Xi mindaqqiet kienet tkun aktar determinata minn drabi oħrajn. Imma kienet inbniet esperjenza fil-fatti, fl-istatistika, u l-iktar fl-imġieba tal-persuni nvoluti. Waħda li fuqha, minn żmien għal żmien inbniet, u mhux ġiet żarmata. Il-messaġġ ċar qabel kien dejjem li l-Gvern kien kontra kull forma ta’ traffikar ta’ droga. Mentri llum irridu naċċettaw li s-sitwazzjoni nbidlet ta’ taħt fuq. Il-messaġġ li qiegħed jiġi perċepit huwa li m’aħniex daqshekk deċiżi, u allura hemm issa politika li mhijiex daqshekk kontra u li lesta tagħlaq għajn.

Direzzjonijiet

3. Fuq dan proprju hawn ħafna li huma nkwetati. Dan għax qed jaraw li madwarhom hemm ferm iktar traffikar u attività umana marbuta mad-droga milli qatt kellhom qabel. U din qegħda ssir fl-apparenza ta’ libertà kbira. Tul dawn ix-xhur, diversi waqqfuni biex ikellmuni dwar dan. In-nies huma nkwetati sew. Imma issa, tul dawn il-ġimgħat, l-affarijiet ikkumplikaw iktar ruħhom. Fuq naħa sirna nafu bil-kwantità enormi ta’ droga li nqabdet dieħla lejn pajjiżna, destinata għas-suq lokali fil-miljuni – kważi tletin miljun. Sinjal ċar li dak li qiegħed iħoss il-poplu huwa veru fir-realtà. Sinjal akbar li kabbarna dipendenza ferm akbar milli qatt kellna fuq drogi li min jidħol għalihom diffiċli li joħroġ lura minnhom. U ma nistgħux naħsbu li huma biss dawk li ġejjin mill-bgħid ta’ xtutna li huma dipendenti. Ċertament hawn ħafna miċ-ċittadini ta’ dawn il-gżejjer.

Indawru l-arloġġ

4. Hemm min qiegħed jaħseb li dan huwa proċess irriversibbli. Wieħed li ma tistax treġġgħu lura, u għalhekk pajjiżna huwa kkundannat jibqa’ sejjer hekk sakemm id-droga kollha tiġi legalizzata biex indaħħlu aktar taxxi. Ma naqbilx ma’ dan. Għandna nagħrfu li mhux kollox huwa mitluf. Għandna nifhmu li hemm bżonn ta’ aktar riżorsi u li l-messaġġ politiku tal-Gvern tal-ġurnata jkun deċiżament kontra d-droga. Ebda tmexxija ma tkun f’postha jekk tippermetti li aktar bnedmin minn ħdanha jintilfu. Isiru dawk li ma tistax torbot fuqhom. Isiru dawk li ma jistgħux jaħdmu. Isiru aktar dawk li jarmu ġidhom u dak tal-familja tagħhom lil bnedmin li huma bla skruplu u li ħaqqhom kundanna.

Aktar fil-fond

5. Inqabdu dawn il-konsenji deħlin. Dan huwa tajjeb fih innifsu, imma nistaqsu: kemm hemm aktar li daħal, jew dieħel, li ma nafux bih? Kemm aktar miljuni hawn fis-suq bħalissa, li ma nafux bihom? Dwar dan, il-pajjiż fehem ferm aktar tul din il-ġimgħa. L-aħbar li nstab persuna, minn dawk li jibilgħu u jġorru fihom id-droga, mejjet, mimli bid-droga ġewwa fih, waqqfet pajjiż sħiħ. Fuq naħa l-istat makabru li nstab fih: imqatta’. Fuq l-oħra, aktar, li nqatel fl-isfond tat-traffikar tad-droga. Mhux biss, imma aktar minn hekk, fl-għarfien aktar kiefer li hawn diversi li qed jidħlu u jġorru. Bnedmin, li fil-faqar tagħhom, jippruvaw jaqilgħu għixien b’dan il-mod. Traffikar li jidher li ħadd m’huwa jidentifika. Flus kbar, li bihom nies jitilfu l-għaqal u jinxtraw.

Leġittimu

6. F’dan kollu, huwa aktar milli leġittimu li nistaqsu: x’qiegħed jiġri f’dawn il-gżejjer? Nistaqsu jekk inżilniex daqshekk fil-fond li ħadd ma jrid jitla’ ’l fuq? Nistaqsu jekk tlifniex il-boxxla soċjali tagħna? Nistaqsu jekk il-ġlieda kontra t-traffikar hijiex tittieħed, jew hijiex ser tibda tittieħed, bis-serjetà? Nistaqsu aktar għala l-pariri tal-Caritas u ta’ oħrajn li kienu ngħataw ġewx, jew għadhomx qed jiġu njorati? Nistaqsu sew fejn ninsabu u ninsistu li l-linja politika għandha tinbidel. Nistaqsu aktar biex dak li qiegħed jinħeba minna joħroġ għad-dawl. Nistaqsu ferm aktar sabiex ikollna iktar informazzjoni u fatti biex nifhmu t-traġedja li ninsabu fiha u għalhekk, x’verament qiegħed jiġri.

 

12.12.24

BORMLA - KUNSILL LOKALI - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

23392. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu ilmenti u suġġerimenti għand il-Kunsill Lokali ta’ Bormla matul is-sena 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u fiex kienu jikkonsistu?

 

21/11/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla li rċieva 404 ilment mill-bidu tas-sena sal-ġurnata tal-lum. Dawn l-ilmenti u/jew suġġerimenti huma varjati u jinkludu qtugħ ta’ bozoz, żbir tas-siġar, annimali mejta, lifts jew drinking fountains bil-ħsara, manutenzjoni ta’ bankini, ħsarat fuq linja tad-dawl u telefon, ħsarat fuq servizz tad-drenaġġ, knis, bulky refuse, ħsara f’culverts u sleeping police, invażjoni ta’ żnażan, ġbir tal-iskart, tiswija ta’ bollards u refresh ta’ sinjali ta’ toroq.

 

Seduta  295

11/12/2024

ĦAL GĦAXAQ - KUNSILL LOKALI - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

23391. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu lmenti u suġġerimenti għand il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq matul is-sena 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u fiex kienu jikkonsistu?  

 

21/11/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq li rċieva madwar 380 bejn ilmenti u suġġerimenti mill-bidu tas-sena sal-ġurnata tal-lum. Dawn l-ilmenti u/jew suġġerimenti kienu dwar manutenzjoni ta' toroq , ħsarat ta’ elettriku u ilma , tindif u ġbir ta’ skart, żbir ta’ siġar, żamma u manutenzjoni ġenerali,  interventi tal-pulizija u tas-sanità u dwar vandaliżmu.

 

Seduta  295

11/12/2024

MARSAXLOKK - KUNSILL LOKALI - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

23390. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu lmenti u suġġerimenti għand il-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk matul is-sena 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u fiex kienu jikkonsistu?

 

21/11/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk li rċieva total ta’ 213 ilment mill-bidu tas-sena sal-ġurnata tal-lum. Dawn kienu dwar tindif, qtugħ ta’ bozoz, ħsarat tal-ilma u drenaġġ, manutenzjoni tat-toroq u sinjali.

Seduta  295

11/12/2024

IŻ-ŻEJTUN - KUNSILL LOKALI - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

23389. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu lmenti u suġġerimenti għand il-Kunsill Lokali taż-Żejtun matul is-sena 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u fiex kienu jikkonsistu?

 

21/11/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun li l-figura approssimattiva ta’ ilmenti jew suġġerimenti hija ta’ 4,000. Dawn l-ilmenti u/jew suġġerimenti kienu dwar  skart u knis, qtugħ ta’ ħaxix u żbir ta’ siġar, bozoz maqtugħin u wires imdendlin, tiswijiet ta’ bankini u toroq, marki tat-toroq, twaħħil ta’ tabelli u vandaliżmu.

Seduta  295

11/12/2024

WIED IL-GĦAJN - KUNSILL LOKALI - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

23388. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali:

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu lmenti u suġġerimenti għand il-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn matul is-sena 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u fiex kienu jikkonsistu?

 

21/11/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li rċieva madwar għaxar ilmenti matul is-sena 2024 sal-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari.  Dawn l-ilmenti kienu dwar il-pavimentar ta’ Triq ix-Xatt.

 

Seduta  295

11/12/2024

WIED IL-GĦAJN - IX-XATT - MANUTENZJONI U TIBDIL TAL-PAVIMENTAR

23387. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 5953 u 8490, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux issir il-manutenzjoni neċessarja u t-tibdil tal-pavimentar fix-Xatt ta’ Wied il-Għajn?

 

21/11/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn li għalissa ma sarx investiment fil-manutenzjoni u tibdil tal-pavimentar fix-Xatt. Għaddejjin diskussjonijiet dwar dan mal-Gvern Ċentrali.

 

Seduta  295

11/12/2024

 

FIX-XITWA GĦARBIJA

1. Għadda kollox lura minn taħt il-għajn. Dak li beda fl-2011 jidher li ġie fi tmiemu. Wieħed drammatiku u li ftit setgħu jbassru, imma li rrenda tibdil qawwi fix-xenarju tal-medju-orjent li diġà għandu l-konsegwenzi immedjati. Dak il-proċess, dak li nittamaw li huwa verament wieħed ta’ liberazzjoni u li beda f’dik li kienet magħrufa bħala r-“Rebbiegħa Għarbija”, ġie fi tmiemu. B’diversi jitilfu ħajjithom fil-kunflitt intern li żviluppa. Bil-bliet li ġew ridotti fix-xejn fid-distruzzjoni li l-armi sofistikati tal-lum joħolqu. Fejn Sirjan ikkumbatta Sirjan triq triq, dar dar. Fejn forzi esterni ndaħlu biex fuq naħa jippruvaw jibdlu l-affarijiet u fuq in-naħa l-oħra jippreservawhom.

Is-Sirja

2. F’dan kien hemm raġuni fundamentali li mexxiet lill-poplu biex iqum kontra min kien qiegħed imexxi d-dittatorjat. Il-kefrija li rajna minn diversi mexxejja fl-2011 fit-Tuneżija, fl-Eġittu u fil-Libja wasslet għal mewġa qawwija u rivoluzzjonarja. Waħda li ħalliet diversi persuni mejta warajha. Waħda li neħħiet lid-dittaturi li rat quddiemha, iżda mhux neċessarjament id-dittatorjat innifsu. Wisq inqas id-dħul ta’ xi forma ta’ demokrazija. Biss, l-għajta għal-libertà mill-atroċitajiet sfugat f’dak li rajna u segwejna. Diversi kellhom ħafna tamiet. Diversi oħra bassru li ser jinfetaħ bieb ġdid għad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u r-rispett fid-dinjità umana li dawk ir-reġimi ma kinux qed jirrispettaw.

Bashar al-Assad (1965)

3. Dak li seħħ f’bidliet ta’ ismijiet u ta’ reġimi ma sarx fis-Sirja. Wara gwerra ċivili qawwija, l-affarijiet ma rsolvewx ruħhom f’bidla. Id-dittatorjat ta’ dan il-bniedem ġie salvat biex kompla għaddej fit-triq ħażina li kellu. Ftit kienu jippretendu li dan it-tabib, imrobbi barra mill-pajjiż, kien ser jaqbad u jkompli fit-toroq li sab u li ma bidilx. Kien hemm żmien meta kien hemm it-tama li kien ser jagħmel minn dan il-post sabiħ wieħed modern, li jista’ jimxi id f’id ma’ prosperità fil-ġid komuni ta’ niesu. Minflok, ir-ripressjoni baqgħet u ssaħħet. Ħafna Sirjani ġew ippersegwitati u sabu ruħhom iridu jaħarbu biex isalvaw ħajjithom. Ħafna nqatlu bl-aktar mod krudili, fit-tortura. Diversi oħra spiċċaw f’ħabsijiet politiċi. Inkitbu stejjer u diversi nqraw.

Bidla sew

4. F’dan kollu, it-tmiem ta’ dan ir-reġim ċertament nisperaw li jabad it-triq it-tajba. Biss, qabel irridu nikkunsidraw żewġ punti fil-livell tal-bidla. L-ewwel dak li seħħ fil-fatt li l-alleati li sostnewh sew: il-Federazzjoni Russa, l-Iran u l-Heżbollah ma baqgħux f’pożizzjoni militari li jagħtuh sostenn. Huwa magħruf kemm dawn kienu preżenti fil-kamp tal-battalja qabel, u kemm kienu determinati sabiex il-pożizzjoni tibqa’ l-istess. Huwa sinjal ċar li hemm punti ta’ dgħjufija li żvolġew, bir-Russja kkonċentrata fuq il-gwerra fl-Ukrajna, u t-tnejn l-oħra fuq Iżrael. Twieled żbilanċ fil-forzi li ġieb dan kollu f’daqqa.

Min ser jimla l-ispazju politiku

5. It-tieni f’dak li ser iseħħ issa fit-tmiem tar-reġim. Diversi ma basrux bidla daqshekk veloċi. Biss jidher evidenti li Recep Tayyip Erdogan (1954) xamm sew x’kien qiegħed iseħħ u kif kien miftuħ il-mument tal-bidla. Għax għalkemm huwa magħruf li dawk li qamu fl-2011 kellhom l-appoġġ tal-Istati Uniti tal-Amerika u oħrajn viċini, din id-darba huwa ċar li t-Turkija kienet fil-kontroll. F’dan huwa magħruf li kien hemm involviment varju ta’ dan il-pajjiż f’dawn it-tlettax-il sena. Imma issa kien il-mument effettiv li bih spiċċa kollox fir-reġim ta’ Bashar al-Assad. F’dan huwa mistenni li dan il-pajjiż jaf ikollu sew sehem importanti fil-futur u r-rikostruzzjoni tal-pajjiż.

Ahmed Al-Sharaa (1982)

6. It-Turkija hija dik li rat il-bidu ta’ operazzjoni minuri tiżviluppa minflok f’waħda li fi ħdax-il jum rat il-bidla li ġiebet fuq quddiem lil dan il-mexxej, Al-Sharaaa, magħruf ukoll bħala Abu Mohammed Al Jolani. Persuna li għalkemm mhux immexxi minn Ankara, jidher li qiegħed ikun f’dawn il-mumenti attent f’dak li jwettaq. Biss dan kollu huwa wieħed li jista’ jagħraf li huwa f’dan ukoll proċess li jaf iġib lura d-dħul ta’ diversi rifuġjati li jinsabu mxerrda mad-dinja. Bit-Turkija li ser tafferma kontroll f’parti mir-reġjun li fih il-preżenza tal-Kurdi, xejn ħbieb ta’ Erdogan, imma li huma protetti mill-Istati Uniti. F’dan però, għalhekk, irridu wkoll naraw aktar jekk dan huwiex ser iservi ta’ bini ta’ sistema politika oħra li timxi, forsi b’diffikultà, lejn dawk viċin il-passi demokratiċi jew le.

Paġna ġdida

7. Dak li seħħ jaf ikollu wkoll żewġ toroq oħra li jistgħu jittieħdu. Fuq naħa pajjiż lura lejn l-istabilità li jagħraf li għandu jfittex il-paċi ’l bgħid mill-kunflitti li huma għaddejjin viċin tiegħu. Ifittex li jibgħat il-messaġġi attenti lil dawk li kienu kontra sabiex il-gwerra ċivili tieqaf kompletament. Fuq l-oħra, jekk minflok huwiex ser ikun bażi sabiex fejn ikun hemm attakki differenti f’aġendi oħra, sija kontra Iżrael, kif ukoll kontra dawk li ma kinux ħbieb jew alleati tar-reġim ta’ al-Assad. F’dan ix-xenarju wieħed għalhekk irid ikun ferm aktar viġilanti. Dan sabiex dak li beda fl-istaġun tar-Rebbiegħa ma jispiċċax issa lura f’dak Xitwi.

GĦANDI TAMA

1. Il-ġimgħa li ġejja, pajjiżna ser ikun qiegħed jieqaf biex ifakkar Jum ir-Repubblika. F’mument partikolari: dak tal-ħamsin sena minn meta l-Parlament tagħna ddeċieda li għandna nimxu fuq din it-triq. Din id-dikjarazzjoni politika u legali kellha l-effetti tajbin tagħha. Pass ieħor ’il quddiem, li jikkonsolida dak preċedenti tal-Indipendenza. It-tnejn huma importanti għalina u jridu jiġu rispettati u ċelebrati. Proprju għax huma parti minn dak li aħna u parti wkoll mill-proċess storiku li ninsabu fih illum. Huwa ċertament żbaljat min jaħseb, jew għadu f’nostalġiji passati, li ma kellniex inkunu għaddejjin kif aħna. F’ħafna qtajna u naqqasna d-dipendenza li kellna u fl-istess stajna, kif għadna, nistgħu niddeċiedu aħna għal dak li għandna verament bżonn. Deċiżjonijiet ta’ Maltin fuq il-Maltin.

It-tnejn


2. Fir-realtà, tul din is-sena t-tnejn kienu mumenti importanti. Sittin sena mill-Indipendenza u ħamsin sena mir-Repubblika. It-tnejn jimxu id f’id. It-tnejn ġiebu l-forzi politiċi ewlenin fil-pajjiż biex jagħrfu l-pedamenti li ġew kostitwiti bihom. Biss wieħed għandu jinnota li l-mod ta’ kif ġew organizzati ċ-ċelebrazzjonijiet tagħhom ma kienx proprju viċin li jkunu ugwali. Ngħid li kienet f’dan opportunità għal min qiegħed imexxi f’dawn il-gżejjer li jaħtaf tali dati biex juri li jafferma unità nazzjonali. Sfortunatament, b’dak li ġara l-messaġġ ħareġ li waħda, dik tar-Repubblika, hija aktar ħaqqha li tiġi mfakkra mill-oħra, bi flejjes u okkażjonijiet varji b’fondi qawwija minfuqa. Dik tal-Indipendenza ma ratx daqshekk sforz da parti tal-Gvern. F’dan tqajjem direttament jew indirettament il-punt li waħda hija kisba ta’ naħa politika, u l-oħra tan-naħa l-oħra. Meta fil-fatt huma tat-tnejn. Aktar u aktar meta fil-vot dwar ir-Repubblika, il-vot m’għaddiex biss b’dak tal-Partit Laburista, imma wkoll b’parti sostanzjali ta’ dak Nazzjonalista.

Għarfien


3. F’dan hemm bżonn ikbar li wieħed jifhem li nappartjenu għal sistema demokratika. Waħda li titlob li jkun hemm iktar mumenti fejn nirreġistraw għaqdiet nazzjonali milli dawk ta’ diviżjoni. Min jiġi minn barra minn xtutna jew jaqra dwarna għandu jieħu l-messaġġ li hawn unità, u mhux il-kontra. Iktar u iktar punt validu fi klassi politika fejn il-poplu, skont l-aħħar sondaġġi, qiegħed jesprimi inqas fiduċja fihom. F’dan kollu hemm sfida li trid tintrebaħ. Dik li tassigura li ma jkunx hemm iktar kliem dispreġġjattiv mgħoddi fil-konfront ta’ dawk involuti, imma apprezzament. Kull deputat jiġi bil-kaxxa tiegħu, fit-tajjeb u f’inqas. Meta nispiċċaw f’kompetizzjoni fuq kemm kapaċi ngħajru jew inċekknu lil ħaddieħor, niżbaljaw. Qegħdin naġixxu ħażin u ma napprezzawx li, fl-aħħar mill-aħħar, irridu nixorbu mill-ilma li qed jiġi mdardar.

Proċess

4. F’dawn il-jiem ser nisimgħu u naqraw li mxejna f’dawn il-passi. Dawk li minn kolonja ħaduna għall-Indipendenza u li minn monarkija ħaduna għal Repubblika. Proċess li ġie affermat u sostnut proprju minħabba l-fatt li kellna d-demokrazija. Kienet u għadha din is-sistema li qegħda tafferma u tmexxi ’l quddiem. Waħda li ċertament kibret fil-qies u fil-kwalità. U kien għax għamlet dan il-proċess ta’ żvilupp li għolew il-marki tal-livelli tal-komportament li nippretendu minn dawk fil-politika. Dak li qabel seta’ kien b’xi mod ‘aċċettabbli’, jew li ma konniex nisimgħu wisq bih, illum m’għadux aktar hekk. Għax sirna aħjar milli konna, allura kapaċi nifhmu iktar. Dan huwa dak li l-poplu tagħna mexa fih. Huwa hu li qiegħed jitlob livelli aktar għolja għax ġie edukat aktar u sar jifhem aktar minn qabel.

Quddiem jew lura

5. F’dan naħseb li proprju bid-demokrazija li kellna u li kienet qegħda topera sittin u ħamsin sena ilu li mxejna ’l quddiem. Ma hemmx dubju, u wieħed jista’ jafferma mill-ġdid u jagħraf li pajjiżna ggwadanja għax huwa mmexxi minn niesu. Diversi deċiżjonijiet li ttieħdu u li jittieħdu jmexxuna iktar ’il quddiem f’linja ta’ ħidma li tmexxina lejn il-futur. Biss, biex din tkun verament ikkonsolidata rridu nifhmu li ma nistgħux immorru lura mill-valur u l-kwalità tad-demokrazija tagħna. F’mumenti jkun hemm min jaħseb li għandu xi dritt li jieħu l-proċess lura. Li mmorru lejn forom ta’ oligarkija, u wara, lejn monarkija. Il-poter fil-pajjiż jitmexxa bil-bażi demokratika biex jirnexxi. Meta jsir b’mod monarkiku, iseħħ żball. Kull persuna fil-poter jew f’pożizzjonijiet istituzzjonali jrid jifhem li huwa transitorju u mhux permanenti. Proprju f’dan, biex immorru ’l quddiem u mhux lura, irridu li l-kultura demokratika tikber sabiex ħadd ma jibqa’ jaħseb li huwa għal dejjem, jew li l-pajjiż huwa jew renju ta’ naħa politika, jew ta’ oħra.

Ħamsin sena

6. Għaddew diġà dawn is-snin. Nittamaw li jgħaddu ferm iktar. Nittamaw li jifhmu li aħna kapaċi proprju għax minkejja d-daqs tagħna xorta kapaċi niddeċiedu sewwa. Xorta kapaċi mmexxu ’l quddiem ekonomikament u soċjalment. Xorta għandna l-abbiltà li jkollna bnedmin li nikkoltivaw biex isersu lil pajjiżna. F’dan iktar huwa dmir taż-żewġ partiti li jifhmu li għandhom id-dmir jiffurmaw politiċi tajba għax huma forma ta’ skola politika ħajja. Fejn lezzjoni prinċipali għandha tkun li wieħed jirrispetta l-avversarju politiku. Fejn jikkritika l-opinjoni, imma mhux il-persuna. Fuq kollox li f’dan il-mument storiku ma jaqax għat-tentazzjoni li jweġġa’ u juża kliem dispreġġjattiv. Għandi tama li tielgħa klassi politika li tifhem dan. F’dan għandi tama u fiduċja fid-demokrazija li ser tirnexxi biex żbalji bħal dawn jieqfu u ma jirrepetux iktar ruħhom.

5.12.24

KODIĊI ĊIVILI - ARTIKLU 495A - RIKORSI

23374. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati rikorsi taħt d-diżposizzjoni tal-artiklu 495A tal-Kodiċi Ċivili matul dawn l-aħħar ħames snin? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom ġew deċiżi u kemm hemm pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

 

21/11/2024

 

ONOR. JONATHAN ATTARD:  Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t'hawn taħt, bl-informazzjoni mitluba in konnessjoni ma’ rikorsi taħt id-disposizzjoni tal-artikolu 495A tal-Kodiċi Ċivili matul 2020 sat-22 ta’ Novembru 2024.

 

 

Qrati ta’ Malta

Qrati ta’ Għawdex

Preżentati

97

44

Terminati

57

26

Pendenti*

44

21

 

*Dawn l-ammonti jindikaw l-ammont ta’ kawżi pendent kollha li jinkludi każijiet preżentati qabel l-perjodu msemmi fil-mistoqsija.

 

Seduta  292

03/12/2024

QORTI TAL-ĠUSTIZZJA – KARIGI TA’ DIRETTURI PENDENTI

23373. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karigi ta’ Diretturi pendenti fil-Qorti tal-Ġustizzja u jindika f’liema pożizzjonijiet? Jista’ jgħid ukoll meta ser isiru s-sejħiet għalihom?

 

21/11/2024

 

ONOR. JONATHAN ATTARD:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-preżent hemm kariga waħda pendenti li hija dik ta’ Direttur (Qrati Ċivili u Tribunali).  Preżentement din il-kariga pendenti qed tiġi okkupata mid-Direttur (Legal Services) bħala Aġent Direttur (Qrati u Tribunal Ċivili).  Is-sejħa għal din il-kariga pendenti ser tinħareg fiż-żmien li ġej.

 

Seduta  292

03/12/2024

ĊENTRU TAL-ARBITRAĠĠ - KAŻIJIET PENDENTI

23372. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet pendenti quddiem iċ-Ċentru tal-Arbitraġġ sal-1 ta’ Novembru 2024 kif ukoll kemm ġew deċiżi u kemm ġew terminati matul is-sena 2024?

 

21/11/2024

 

ONOR. JONATHAN ATTARD:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-1 ta’ Novembru 2024 kien hemm 494 każ pendenti għand iċ-Ċentru tal-Arbitraġġ. Filwaqt li mill-1 ta’ Jannar sal-1 ta’ Novembru 2024 kien hemm 209 każ li ġew deċiżi u 46 każ li ġew terminati. Ta’ min jinnota li dawn in-numru ma jinkludix biss każijiet li ġew preżentati fiċ-Ċentru matul l-istess perjodu.

 

Seduta  292

03/12/2024

QORTI TAL-FAMILJA – TALBIET GĦALL-MEDJAZZJONI

23371. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati talbiet għall-medjazzjoni fil-Qorti tal-Familja matul is-sena 2024, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

 

21/11/2024

 

ONOR. JONATHAN ATTARD:  Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella mniżżla hawn taħt, bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sat-22 ta’ Novembru 2024.

               Qorti

Ammont

Qrati ta’ Malta

1355

Qrati ta’ Għawdex

91

Seduta  292

03/12/2024

ĊENTRU TAL-ARBITRAĠĠ – ARBITRAĠĠI REĠISTRATI

23370. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati arbitraġġi fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ mill-1 ta’ Novembru 2023 sal-31 ta’ Dicembru 2023 u jindika kemm minnhom kienu internazzjonali?

 

21/11/2024

 

ONOR. JONATHAN ATTARD:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2023 fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ ġew irreġistrati 34 każ li 1 minnhom kien każ internazzjonali.

 

Seduta  292

03/12/2024

ĊENTRU TAL-ARBITRAĠĠ – ARBITRAĠĠI REĠISTRATI

23369. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati arbitraġġi fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ matul is-sena 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jindika kemm minnhom kienu internazzjonali?

 

21/11/2024

 

ONOR. JONATHAN ATTARD:  Ninforma lill-Onor. Interpellanti li mill-1 ta’ Jannar sat-22 ta’ Novembru 2024 fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ ġew irreġistrati 219 każ li 6 minnhom kienu każijiet internazzjonali.

 

Seduta  292

03/12/2024

3.12.24

PRETI FIL-FUTUR

1. F’pajjiżna ġew diversi bnedmin ta’ kultura jgħixu magħna. Min fil-qosor u min ftit iktar fit-tul. Iddur fejn iddur issib dak li ħallewlna dawn il-persuni, li ħallew marka fl-istorja kulturali tal-Ewropa u tad-dinja. F’dan ċertament għandna x-xorti li ħafna minn dak il-patrimonju baqa’ hawn ukoll. Ma ġiex misruq jew ittieħed minn dawk li ddominawna. Però, huwa f’dan ukoll veru li sija l-Kavallieri ta’ San Ġwann, kif ukoll l-Imperu Ingliż servew bħala kalamiti għalihom. Artisti, kittieba, akkademiċi verament varji ġew biex jaraw dak li kellna. Persuni ta’ skola li apprezzawna. Fehmu l-preżenza tat-tempji, il-palazzi u l-knejjes varji li nbnew. Warajhom ħallew għalina pitturi u opri varji.

Ankri

2. Dan kien ta’ ġid għalina. Ġid li għadna sal-lum il-ġurnata fil-pussess tat-teżori li kienu tagħhom u li llum hum tagħna. Fil-patrimonju artistiku m’aħniex, f’dan il-wirt partikolari, neqsin. Tmur fejn tmur fil-knejjes tagħna, issibhom jistennewk. Ħafna drabi fil-ġenb, silenzjużi, mhux dejjem apprezzati minna fuq din l-art waqt li huma għad-dispożizzjoni tagħna. Forsi wkoll wieħed jista’ jargumenta li hemm telfien fil-memorja kollettiva. Fis-sens li ta’ qabilna kienu jafu u ma kienx hemm bżonn spjegazzjonijiet li minflok, issa, hemm bżonn ta’ aktar. Informazzjoni li mhux dejjem hija disponibbli fil-preżent, imma li tkun ta’ vantaġġ jekk tingħata. Ikun dejjem aħjar li nkunu nafu dak li għandna. Ikun aqwa jekk napprezzawhom u ninsistu u nirsistu sabiex jiġu apprezzati.

Jafu sew

3. F’dan wieħed irid jgħid li nammiraw lil dawk il-pajjiżi, dawn il-bliet li jiftaħru bil-preżenza passata ta’ dawn l-artisti u bnedmin tal-arti. Għandhom wirt uniku u jridu jgawduh u jesponuh. F’diversi bliet kelli l-okkażjoni li nidħol f’mużewijiet dedikati lil dawn il-bnedmin speċjali. Jirnexxilhom jaqbdu viżitaturi għalihom mill-partijiet kollha tad-dinja. Dan mhux biss għax jagħrfu jikkonċentrawhom u jesponuhom f’post wieħed, imma iktar minn hekk jispjegaw. Jgħaddu l-informazzjoni, id-dettalji, u jsiru huwa wkoll ċentri ta’ studju u speċjalizzazzjoni. Sabiex min imur, wara joħroġ mimli b’esperjenza unika li b’xi mod tibqa’ mmarkata fil-memorja tiegħu. Dak li jwettqu oħrajn, ċertament aħna kapaċi nagħmlu bħalhom, jekk mhux aħjar. Iktar u iktar għax għandna kollezzjonijiet varji preżenti, jistennew l-appuntament tagħhom mal-futur.

San Andrea della Valle

4. Dan ġieni f’rasi waqt li kont f’din il-knisja mill-isbaħ ġewwa Ruma. Kien hemm l-istatwa ta’ San Gejtanu tal-Ħamrun esposta b’mod prominenti għad-diversi turisti li jidħlu fiha. Imma f’dak il-post mimli bl-arti, hemm ukoll numru ta’ affreski tal-pittur magħna magħruf sewwa, Mattia Preti. Dawk marbuta mal-ħajja u l-martirju tal-Appostlu Sant’Andrija, u li ġew esegwiti minnu bejn l-1650 u l-1651. Ftakart mill-ġdid kemm aħna għandna pitturi tiegħu. Kemm ħadem hawn mill-1658 meta ġie hawn għall-ewwel darba, sat-3 ta’ Jannar 1699, meta ġie nieqes u ġie midfun fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann. Mertu tal-Kavallieri u l-ispirtu taż-żmien irċieva kummissjonijiet varji. Dawk li esegwixxa u jinsabu magħna llum.

Isem magħruf

5. Ma nħossx li għandi nagħmel elenku ta’ dak li diversi kittieba kitbu dwar ħidmietu. Nemmen li ħafna jafuh. Jafuh fl-id mill-aqwa tiegħu. Però ċert li f’dan ukoll dawn jixtiquh apprezzat aktar milli fil-fatt huwa. Anzi jħossu li għandu jkun espost ferm aħjar milli huwa. Diversi drabi ssirlu inġustizzja. Nippreferu bi preferenza assoluta lil Michelangelo Merisi da Caravaggio (1571-1606), li ċertament huwa fost l-aqwa, imma li fil-fatt ħalla ftit pitturi magħna minn dawk li hu tant ħadem. Nippreferuh, u kważi kważi niddubitaw mill-abbiltajiet kbar tiegħu. F’dan qisu għandna bżonn naqraw il-kotba voluminużi li diversi Maltin bħalna kitbu biex ifaħħruh u jispjegawh. Kemm f’dan aħna xxurtjati li għandna dawn il-bnedmin intelliġenti. Dawk li tieħu pjaċir tiltaqa’ magħhom u tismagħhom jitkellmu b’tant imħabba fuq dan il-pittur għal qalbna.

Hemm il-pedamenti


6. F’dan ngħid li għandna l-bażi diġà lesta sabiex nagħrfuh ferm iktar. Ngħid li wasal il-mument li jkollna post dedikat biss għall-pittura ta’ Mattia Preti. Ikollna mużew li fih, dak li qiegħed jiġi espost ma’ oħrajn, isir separatament. Wasal iż-żmien li nidentifikaw binja, fil-Belt fejn kellu dar, forsi wkollf’wieħed mill-palazzi li għandna, li jippermettu li dan isir. Ngħid li f’dan hemm ferm aktar u aktar ta’ importanza, u dan dejjem jekk irridu ninvestu sewwa fil-futur. Ħa jkun parti minn deċiżjoni strateġika marbuta mal-bżonn kostanti tagħna li niġbdu aktar turisti ta’ kwalità. Ħa jkun f’dan ġojjell ieħor li nistgħu ngawduh f’Belt li m’għandhiex tkompli titlef mill-valur tagħha. Belt li qed iżżid aktar fid-doża li tkun ċentru ta’ divertiment, milli waħda ta’ valur kulturali.

Il-Kultura

7. F’dan wieħed irid jirrimarka li huwa aktar determinanti għall-futur ta’ pajjiżna li nieħdu deċiżjonijiet strateġiċi bħal dawn. L-ewwel għax jaqbel u huwa sew li jkollna mużew għax dan huwa tajjeb fih innifsu. It-tieni għax inġibu aktar ’il quddiem il-ġid tagħna, u t-tielet għax permezz ta’ dan jirnexxilna nippjanaw aħjar is-settur turistiku tagħna. Hija forma ta’ karambola li ġġibna lkoll nifhmu dak li għandna. Proprju f’dan għandu jibqa’ jkollna ħarsa ta’ tama lejn il-futur. Proprju aktar għalija tama li fil-futur qasir ikollna mużew nazzjonali ddedikat lil Mattia Preti. Nittama li jkollna s-sodisfazzjoni li dan narawh mibni u ma ndumux.

ARTIKOLU 166A - ITTRI UFFIĊJALI

23368. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati ittri uffiċjali taħt l-artikolu 166a matul is-sena 2024, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm minnhom ġew reżi eżegwibbli?

 

21/11/2024

 

ONOR. JONATHAN ATTARD: 

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tindika kemm ġew preżentati ittri uffiċjali taħt l-Artikolu 166A tal-Kodiċi ta’ Organizazzjoni u Proċedura Ċivili u kemm minnhom ġew reżi eżegwibbli. Din l-informazzjoni tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2024 sat-22 ta’ Novembru.

 

Seduta  290

02/12/2024

ITTRI UFFIĊJALI

23367. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati ittri uffiċjali matul is-sena 2024 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

 

21/11/2024

 

ONOR. JONATHAN ATTARD:  Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tindika kemm ġew preżentati ittri uffiċjali matul is-sena 2024 sat-22 ta’ Novembru. Din it-tabella ma tinkludix l-ammont ta’ ittri uffiċjali preżentati taħt artikolu 166A tal-Kap. 12.

 

Seduta  290

02/12/2024

RAĦAL ĠDID U SANTA LUĊIJA - KREMATORJU

23366. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar: Jista’ l-Ministru jgħid jekk hijiex tittieħed in konsiderazzjoni l-oppożizzjoni tar-residenti ta’ Raħal Ġdid u ta’ Santa Luċija fir-rigward tat-talba biex ikun hemm krematorju fl-istess akkwati? Jista’ jgħid ukoll x’laqgħat saru dwar dan mal-kunsilli rispettivi u l-istess għaqdiet tal-lokal?

 

21/11/2024

 

ONOR. CLINT CAMILLERI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess tal-ippjanar jinvolvi konsultazzjoni pubblika miftuħa għal kulħadd. B’hekk min ikun interessat jista jibgħat rapreżentazzjoni lill-Awtorità li tkun tista’ tiġi kkunsidrata bħala parti mill-proċess tal-applikazzjoni. F’dan il-każ il-konsultazzjoni pubblika kienet miftuha bejn it-22 ta’ Lulju 2021 sat-13 ta’ Settembru 2021. Matul il-perjodu msemmi l-Awtorita’ rċeviet sitt rapreżentattjonijiet validi fosthom dik tal-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid.

 

Seduta  290

02/12/2024

RAĦAL ĠDID U SANTA LUĊIJA - KREMATORJU

23365. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva: Jista’ l-Ministru jgħid jekk hijiex tittieħed in konsiderazzjoni l-oppożizzjoni tar-residenti ta’ Raħal Ġdid u ta’ Santa Luċija fir-rigward tat-talba biex ikun hemm krematorju fl-istess akkwati? Jista’ jgħid ukoll x’laqgħat saru dwar dan mal-kunsilli rispettivi u l-istess għaqdiet tal-lokal?

 

21/11/2024

 

ONOR. JO ETIENNE ABELA:  Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23366.

 

Seduta  290

02/12/2024

ĦAL TARXIEN - TRIQ SAN ANARD - ZEBRA CROSSING

22875. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jara li ssir zebra crossing fi Triq San Anard f'Ħal Tarxien preċiż quddiem l-ATM li hemm fuq in-naħa l-oħra tat-triq billi din saret waħda mill-ftit servizzi bankarji li għandhom ir-residenti? 


06/11/2024

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fiż-żona msemmija fi Triq San Anard, viċin l-ATM, hemm sistema ta’ pelican crossing li diġa qiegħda tiffunzjona fi Triq San Anard (uffiċjalment bl-isem ta’ Triq il-Gudja), ma’ Triq Hal Tarxien, u hija ntegrata fis-sistema tat-traffic lights.

 

Saret ukoll pelican crossing oħra iktar ‘il fuq fl-istess Triq San Anard, fil-viċinanzi ta’ Triq il-Witja u Triq Mejju 1592.

Seduta  290

02/12/2024

ĦAL TARXIEN - TRIQ SAN ANARD - ZEBRA CROSSING

22874. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jara li ssir zebra crossing fi Triq San Anard f'Ħal Tarxien preċiż quddiem l-ATM li hemm fuq in-naħa l-oħra tat-triq billi din saret waħda mill-ftit servizzi bankarji li għandhom ir-residenti? 

 

06/11/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal-Tarxien li hemm il-ħsieb li ssir zebra crossing f’post ieħor fl-istess triq bħala parti minn proġett usa’.

Seduta  290

02/12/2024 

MINISTERU GĦALL-FINANZI - DIRETTIVI TAL-UNJONI EWROPEA

22109. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul din is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? 


18/10/2024 


ONOR. CLYDE CARUANA: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. 

Seduta Numru 283 

20/11/2024

NILLIBERAW IRWIEĦNA

1. Kull persuna titwieled bi skop. Kull persuna hija rilevanti, importanti, u għandha sehem determinanti x’tagħti tul ħajjitha. Is-soċjetà, l-Istat, fuq in-naħa l-oħra għandhom sehem ieħor. Għandhom id-dmir li jassiguraw li ebda persuna ma tintilef. Ebda waħda ma tiġi miżmuma jew imfixkla fl-użu tajjeb tat-talenti naturali tagħha, li mill-bidu għandha fi ħdanha. Id-dmir li toħloq ambjent fejn tħajjar lil dak li jkun li jipparteċipa attivament. Ma jkissirx lilu nnifsu, imma jassigura li jkun aktar huwa nnifsu. Aktar u aktar meta nafu li l-bnedmin huma mmarkati b’imħabba lejn dak li huwa sewwa. Iġorru s-siġill intern għall-ferħ, fl-iżvilupp u fl-abbiltà li jkunu kreattivi.

Ilum sfida

2. Illum din hija sfida fis-soċjetà tagħna, li flok qed tikkumbatti t-tixrid tad-droga tidher li trid tibgħat messaġġi kuntrarji. Hemm xenarju li żviluppa f’dawn il-gżejjer li qatt ma kellna bħalu qabel: dak li fih qed insibu b’ferm iktar qawwa l-preżenza tad-drogi mas-saqajn. Tmur fejn tmur, titkellem ma’ min titkellem, ħlief fuq dan ma tismax. Fuq widnejk tmiss mal-inkwiet ta’ diversi ġenituri li qed jaraw id-dinja tagħhom tinqaleb ta’ taħt fuq. Dawk li huma nkwetati fuq naħa b’dak li jista’ jseħħ lil uliedhom jew lil ulied uliedhom, u dawk li qed jaraw diġà din it-traġedja fil-familja tagħhom. Ġidhom jintrema fil-kilba sabiex tinxtara d-droga f’ammonti dejjem ikbar fid-dipendenza li tinbena. Fejn il-paċi tispiċċa u l-attività umana tiċċentra biss kif twaqqaf u ġġib lura. Proprju f’dan qed niffaċċjaw realtà li diversi jriduna naħarbu minnha. Ninjorawha, qisha mhix hemm.

Żewġ każijiet

3. Fid-dawl ta’ dak li seħħ f’dawn is-snin permezz ta’ tibdiliet fil-liġi, il-messaġġ hemm barra ħareġ, żbaljatament, li ma hemm xejn ħażin li wieħed jidħol fid-dinja tad-droga. Dik li ssejħet bħala “riforma”, diversi drabi, taħt il-ħsieb, l-ewwel li ser iġġib kontroll; u t-tieni li ser taqta’ barra s-suq illegali, f’dan il-mument partikolari wieħed għandu jesprimi d-dubji serji u kbar tiegħu jekk dan kollu rnexxiex jew le. Waqt li għall-kuntrarju nfetaħ il-bieb fir-rigward tal-konsum tal-kannabis fil-limiti stabbiliti mil-liġi, jidher ċar li dan daħħal sitwazzjonijiet oħra. Dan għax, fil-verità, id-droga iktar qawwija ma naqsitx fis-suq intern. Anqas dawk li l-ewwel bdew bil-kannabis u jieqfu hemm. F’ħafna ġejna f’dak kollu li pprevediet il-Caritas, li taħdem direttament ma’ dawk li qed jippruvaw jikkumbattu magħhom infushom biex joħorġu minn dan il-vizzju. Kienet wissietna, u quddiem dak li seħħ f’dawn il-ġimgħat, issa jista’ jkollna stampa ferm aktar ċara ta’ kif inhija s-sitwazzjoni.

Hawn suq qawwi

4. F’dan għandna nagħrfu li waqt li qed naraw ħafna artikoli dwar kemm ix-xenarju huwa riformat, fil-fatt hemm ukoll kriminalità organizzata li qed timraħ ġmielha. Għax il-fatt waħdu li kellek, l-ewwel kunsinna enormi ta’ eluf ta’ kili ta’ kokaina li nqabdet dieħla fuq naħa; u fuq in-naħa l-oħra t-tieni kunsinna ta’ kannabis dieħla hija wkoll għandu jiftħilna għajnejna. Is-soltu, dawn il-qabdiet kbar kienu jkunu sejrin fi swieq barranin oħra, u jidħlu hemm biex joħorġu fi swieq akbar. Imma din id-darba għandek kokaina, fil-valur stmat ta’ madwar għoxrin miljun ewro, preċiżament stmata għas-suq intern tagħna. Punt li jitlob riflessjoni. Ċertament, bl-isforzi kollha li jsiru mill-forzi tal-ordni, li qed jaħdmu kontra l-kurrent u bi ftit mezzi, dan mhuwiex każ uniku. Evidentement ifisser iktar li għall-perjodu festiv hawn min qiegħed jara li jista’ jiġbor mingħand ulied din is-soċjetà dawn il-flejjes kbar b’iktar faċilità. Għax jidher li hawnhekk twieldet kilba tant kbira li s-suq għalihom huwa garantit. Allura t-teħid tad-droga ma naqasx, anzi ċertament żdied tant li sirna pjazza daqstant kbira.

Fid-dell

5. Dawk li huma wkoll involuti fid-dinja tal-kannabis, naħseb li f’din l-aħħar kunsinna qed jaraw is-sinjal ċar li għall-kuntrarju ta’ dak li stajna ngħatajna x’naħsbu, dak is-suq illegali baqa’ għaddej sewwa u ma naqqasx. Baqa’ sod u qawwi, jekk ma tqawwiex aktar għax jista’ jitħallat ma’ dak li huwa legali “b’faċilità”. Li persuna ddaħħal bl-ajru kunsinna bħal ma rajna jfisser li hawn suq qawwi għaliha wkoll. Issa dan irid iktar riflessjoni quddiem il-fatt li wieħed jista’ jkabbar il-kannabis huwa stess. Ix-xenarju qiegħed juri li dawk li jitħajru, jew li jiġu mħajra jikkunsmawha, mhuwiex jonqos imma qiegħed jiżdied. Xenarju iktar ikkumplikat quddiem il-fatt li l-liġi titlob, kif qrajna, emendi oħra li diġà ġew proposti lill-Gvern sabiex l-abbuż tad-drogi hekk definiti legalment bħala “cannabinoid products” tinbidel biex tirrestrinġi. Ir-riforma trid hija stess tiġi riformata mill-ġdid, u hemm bżonn niddeċiedu lejn fejn sejrin.

Favur jew kontra

6. Fil-verità, l-esperjenza tas-sekli turi li fil-kamp tad-droga, jew inti favur jew inti kontra. Diffiċli ħafna jkollok sieq naħa u sieq in-naħa l-oħra. B’dak li rajna jiżviluppa f’dawn is-snin huwa ċar li fis-soċjetà tagħna qed nitilfu l-battalja biex inrażżnu u nikkontrollaw. Qed nitilfu ulied u bnedmin li jistgħu jagħtu ħidma tajba favur is-soċjetà. Battalja li trid issir, u dan dejjem jekk għandna f’qalbna b’mod għoli l-prijorità li nassiguraw li kull persuna tkun parti attiva fis-soċjetà, u mhux imwarrba fil-ġenb. Fejn il-flus li wieħed jaqla’ bl-għaraq ta’ ġbinu jinvestihom u jħaddimhom għall-ġid tiegħu u ta’ familtu u mhux, kif qed naraw dejjem aktar, dawn il-flus jidħlu fl-idejn tat-traffikanti tad-droga. Dawk li m’għandhomx wisq skruplu għar-rigward tal-futur ta’ pajjiżna. Dawk li anzi, b’dak li seħħ sabu li minflok għalaqna, ftaħnilhom il-bieb beraħ biex ikomplu bl-attività illeċita tagħhom.

Libertà

7. Ħafna jitkellmu dwar li jkunu liberati minn ħakmiet umani varji. Oħrajn, f’isimha, daħlu f’ħabsijiet mentali u umani tagħhom. Imma aktar, f’dan għandna lok għal soċjetà li hemm bżonn tibda tagħraf li għandha tibda l-ġlieda tagħha sabiex kull bniedem ikollu affermata fis-sod il-libertà mid-dipendenza tad-droga. F’dawn is-snin dħalna fi sqaq dejjaq u qegħdin immissu man-nar. Diversi huma f’infern, fl-oppressjoni li sabu meta qegħdin jgħixu fit-triq li d-droga trendi. Wasal aktar il-mument li flok naggravaw, nirrealizzaw, sabiex ikollna ferm aktar bnedmin liberi. Fis-soċjetà maħkuma li għandna, nittamaw li diversi jifhmu li hemm bżonn passi lejn riforma biex verament nilliberaw irwieħna.

28.11.24

ĦAL TARXIEN - TRIQ SAN ANARD – XOGĦLIJIET

22873. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir: Tista’ l-Ministru tgħid liema huma x-xogħlijiet li qed isiru fit-tieni parti ta’ Triq San Anard, f’Ħal Tarxien u kemm ser jiġu jiswew?

 

06/11/2024

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.

 

Seduta  289

27/11/2024

ĦAL TARXIEN - TRIQ SAN ANARD – XOGĦLIJIET

22872. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid liema huma x-xogħlijiet li qed isiru fit-tieni parti ta’ Triq San Anard, f’Ħal Tarxien u kemm ser jiġu jiswew?

 

06/11/2024

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejja it-tieni fażi tax-xogħlijiet fis-service road ta’ Triq San Anard. IM qegħda fil-proċess li jitqiegħed dranaġġ kompletatment ġdid li ser jikkumplimenta id-drenaġġ ġdid li tqiegħed f’tal Barrani. Il-house connections kollha tas-servizzi tal-ilma potabbli ser ikunu qegħdin isiru mill-ġdid, kif ukoll ser jitgħaddew pajpijiet għal Melita u GO. Il-bankini u central strip ser jinbidlu u ser nispiċċaw bl-iskavar u bini mill-ġdid tat-triq. Total ta’ investiment għal dan kollu jammonta għal €1,509,624.57 (VAT eskluż).

 

Seduta  289

27/11/2024

ĦAL TARXIEN - TRIQ SAN ANARD – XOGĦLIJIET

22871. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid liema huma x-xogħlijiet li qed isiru fit-tieni parti ta’ Triq San Anard, f’Ħal Tarxien u kemm ser jiġu jiswew?

 

06/11/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

 

Seduta  289

27/11/2024

IL-GUDJA - TRIQ IL-LEWŻ - XOGĦLIJIET

22870. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir: Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet saru fi Triq il-Lewż, il-Gudja u kemm huwa previst li ser jiġu jiswew?

 

06/11/2024

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.

 

Seduta  289

27/11/2024

IL-GUDJA - TRIQ IL-LEWŻ - XOGĦLIJIET

22869. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru fi Triq il-Lewż, il-Gudja u kemm huwa previst li ser jiġu jiswew?

 

06/11/2024

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant, li f’parti minn Triq il-Lewż, Gudja qed isiru xogħlijiet ta’ bini mill-ġdid tat-triq. Ix-xogħlijiet jinkludi bdil tal-medda tad-drenaġġ, mains tal-ilma ġodda, house connections, bini mill-ġdid tal-bankini, parking bays tal-konkos, bini mill-ġdid tat-triq u asfalt.

 

Ix-xogħlijiet huma stmati li jiġu jiswew madwar €120,000 (VAT mhux inkluż).

 

Seduta  289

27/11/2024

IL-GUDJA - TRIQ IL-LEWŻ - XOGĦLIJIET

22868. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru fi Triq il-Lewż, il-Gudja u kemm huwa previst li ser jiġu jiswew?

 

06/11/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li f’parti minn Triq il-Lewż, Gudja qed isiru xogħlijiet ta’ bini mill-ġdid tat-triq. Ix-xogħlijiet jinkludu bdil tal-medda tad-drenaġġ, mains tal-ilma ġodda, installazzjoni tal-provvista tal-ilma domestiku ma’ kull dar, bini mill-ġdid tal-bankini, spazji tal-konkos għall-parkeġġ u asfalt. Ix-xogħlijiet huma stmati li jiġu jiswew madwar €120,000 (VAT mhux inkluż).

 

Seduta  289

27/11/2024

27.11.24

RAĦAL ĠDID - ĦAMIEM

22867. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva: Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-problema li hemm ta' kwantità ta’ ħamiem fl-aħħar parti tal-Pjazza ta’Raħal Ġdid fid-direzzjoni lejn Ħal Tarxien, tiġi solvuta billi qed iħallu ħafna ħmieġ b'perikolu għall-anzjani?

 

06/11/2024

 

ONOR. JO ETIENNE ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru ikkonċernat.

Seduta  287

26/11/2024

RAĦAL ĠDID - ĦAMIEM

22866. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-problema li hemm ta' kwantità ta’ ħamiem fl-aħħar parti tal-Pjazza ta’ Raħal Ġdid fid-direzzjoni lejn Ħal Tarxien, tiġi solvuta billi qed iħallu ħafna ħmieġ b'perikolu għall-anzjani?

 

06/11/2024

 

ONOR. ANTON REFALO:  Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta  287

26/11/2024

RAĦAL ĠDID - ĦAMIEM

22865. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-problema li hemm ta' kwantità ta’ ħamiem fl-aħħar parti tal-Pjazza ta’ Raħal Ġdid fid-direzzjoni lejn Ħal Tarxien, tiġi solvuta billi qed iħallu ħafna ħmieġ b'perikolu għall-anzjani?

 

06/11/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li huwa konxju tal-problemi kkawżati mill-ħamiem ġewwa l-lokalitá, filwaqt li qed jesplora soluzzjonijiet fit-tul, qed jieħu miżuri oħra biex inaqqas l-inkonvenjent bħat-tindif.

 

Seduta  287

26/11/2024

TAS-SLIEMA - GĦASSA TAL-PULIZIJA - RAPPORTI

22864. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti fl-Għassa tal-Pulizija ta’ Tas-Sliema matul din is-sena sal-aħħar ta’ Ottubru 2024?

 

06/11/2024

 

ONOR. BYRON CAMILLERI:  Ninsab infurmat li matul din is-sena sal-aħħar ta’ Ottubru 2024 daħlu 3,135 rapport fl-Għassa tal-Pulizija ta’ Tas-Sliema.

 

Seduta  287

26/11/2024

SAN ĠILJAN - GĦASSA TAL-PULIZIJA - RAPPORTI

22863. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti fl-Għassa tal-Pulizija ta’ San Ġiljan matul din is-sena sal-aħħar ta’ Ottubru 2024?

 

06/11/2024

 

ONOR. BYRON CAMILLERI:  Ninsab infurmat li matul din is-sena, sal-aħħar ta’ Ottubru 2024 daħlu 4,853 rapport fl-Għassa tal-Pulizija ta’ San Ġiljan.

 

Seduta  287

26/11/2024

IL-BELT, VALLETTA - TRIQ IL-MITĦNA - XOGĦLIJIET

22862. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Prim Ministru: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 22065 u 22066, li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali l-Arti u l-Gvern Lokali rispettivament, jista’ l-Prim Ministru jgħid liema Ministru huwa nkarigat ossija responsabbli sabiex isiru x-xogħlijiet u t-tiswijiet li hemm bżonn fi Triq il-Mitħna, fil-Belt, Valletta?

 

06/11/2024

 

ONOR. ROBERT ABELA:  Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali.

 

Seduta  287

26/11/2024

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...