23390. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu lmenti u suġġerimenti għand il-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk matul is-sena 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u fiex kienu jikkonsistu?
21/11/2024
ONOR. OWEN
BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk li
rċieva total ta’ 213 ilment mill-bidu tas-sena sal-ġurnata tal-lum. Dawn kienu
dwar tindif, qtugħ ta’ bozoz, ħsarat tal-ilma u drenaġġ, manutenzjoni tat-toroq
u sinjali.
Seduta 295
No comments:
Post a Comment