23366. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar: Jista’ l-Ministru jgħid jekk hijiex tittieħed in konsiderazzjoni l-oppożizzjoni tar-residenti ta’ Raħal Ġdid u ta’ Santa Luċija fir-rigward tat-talba biex ikun hemm krematorju fl-istess akkwati? Jista’ jgħid ukoll x’laqgħat saru dwar dan mal-kunsilli rispettivi u l-istess għaqdiet tal-lokal?
21/11/2024
ONOR. CLINT
CAMILLERI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess
tal-ippjanar jinvolvi konsultazzjoni pubblika miftuħa għal kulħadd. B’hekk min
ikun interessat jista jibgħat rapreżentazzjoni lill-Awtorità li tkun tista’
tiġi kkunsidrata bħala parti mill-proċess tal-applikazzjoni. F’dan il-każ
il-konsultazzjoni pubblika kienet miftuha bejn it-22 ta’ Lulju 2021 sat-13 ta’
Settembru 2021. Matul il-perjodu msemmi l-Awtorita’ rċeviet sitt
rapreżentattjonijiet validi fosthom dik tal-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid.
Seduta 290
02/12/2024
No comments:
Post a Comment