23369. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati arbitraġġi fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ matul is-sena 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jindika kemm minnhom kienu internazzjonali?
21/11/2024
ONOR. JONATHAN
ATTARD: Ninforma lill-Onor. Interpellanti li mill-1 ta’ Jannar
sat-22 ta’ Novembru 2024 fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ ġew irreġistrati 219 każ li 6
minnhom kienu każijiet internazzjonali.
Seduta 292
03/12/2024
No comments:
Post a Comment