22875. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jara li ssir zebra crossing fi Triq San Anard f'Ħal Tarxien preċiż quddiem l-ATM li hemm fuq in-naħa l-oħra tat-triq billi din saret waħda mill-ftit servizzi bankarji li għandhom ir-residenti?
06/11/2024
ONOR. CHRIS
BONETT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li fiż-żona msemmija
fi Triq San Anard, viċin l-ATM, hemm sistema ta’ pelican crossing li diġa
qiegħda tiffunzjona fi Triq San Anard (uffiċjalment bl-isem ta’ Triq il-Gudja),
ma’ Triq Hal Tarxien, u hija ntegrata fis-sistema tat-traffic lights.
Saret ukoll pelican crossing
oħra iktar ‘il fuq fl-istess Triq San Anard, fil-viċinanzi ta’ Triq il-Witja u
Triq Mejju 1592.
Seduta 290
02/12/2024
No comments:
Post a Comment