1. Kull persuna titwieled bi skop. Kull persuna hija rilevanti, importanti, u għandha sehem determinanti x’tagħti tul ħajjitha. Is-soċjetà, l-Istat, fuq in-naħa l-oħra għandhom sehem ieħor. Għandhom id-dmir li jassiguraw li ebda persuna ma tintilef. Ebda waħda ma tiġi miżmuma jew imfixkla fl-użu tajjeb tat-talenti naturali tagħha, li mill-bidu għandha fi ħdanha. Id-dmir li toħloq ambjent fejn tħajjar lil dak li jkun li jipparteċipa attivament. Ma jkissirx lilu nnifsu, imma jassigura li jkun aktar huwa nnifsu. Aktar u aktar meta nafu li l-bnedmin huma mmarkati b’imħabba lejn dak li huwa sewwa. Iġorru s-siġill intern għall-ferħ, fl-iżvilupp u fl-abbiltà li jkunu kreattivi.
Ilum sfida
2. Illum din hija sfida fis-soċjetà tagħna, li flok qed tikkumbatti t-tixrid tad-droga tidher li trid tibgħat messaġġi kuntrarji. Hemm xenarju li żviluppa f’dawn il-gżejjer li qatt ma kellna bħalu qabel: dak li fih qed insibu b’ferm iktar qawwa l-preżenza tad-drogi mas-saqajn. Tmur fejn tmur, titkellem ma’ min titkellem, ħlief fuq dan ma tismax. Fuq widnejk tmiss mal-inkwiet ta’ diversi ġenituri li qed jaraw id-dinja tagħhom tinqaleb ta’ taħt fuq. Dawk li huma nkwetati fuq naħa b’dak li jista’ jseħħ lil uliedhom jew lil ulied uliedhom, u dawk li qed jaraw diġà din it-traġedja fil-familja tagħhom. Ġidhom jintrema fil-kilba sabiex tinxtara d-droga f’ammonti dejjem ikbar fid-dipendenza li tinbena. Fejn il-paċi tispiċċa u l-attività umana tiċċentra biss kif twaqqaf u ġġib lura. Proprju f’dan qed niffaċċjaw realtà li diversi jriduna naħarbu minnha. Ninjorawha, qisha mhix hemm.
Żewġ każijiet
3. Fid-dawl ta’ dak li seħħ f’dawn is-snin permezz ta’ tibdiliet fil-liġi, il-messaġġ hemm barra ħareġ, żbaljatament, li ma hemm xejn ħażin li wieħed jidħol fid-dinja tad-droga. Dik li ssejħet bħala “riforma”, diversi drabi, taħt il-ħsieb, l-ewwel li ser iġġib kontroll; u t-tieni li ser taqta’ barra s-suq illegali, f’dan il-mument partikolari wieħed għandu jesprimi d-dubji serji u kbar tiegħu jekk dan kollu rnexxiex jew le. Waqt li għall-kuntrarju nfetaħ il-bieb fir-rigward tal-konsum tal-kannabis fil-limiti stabbiliti mil-liġi, jidher ċar li dan daħħal sitwazzjonijiet oħra. Dan għax, fil-verità, id-droga iktar qawwija ma naqsitx fis-suq intern. Anqas dawk li l-ewwel bdew bil-kannabis u jieqfu hemm. F’ħafna ġejna f’dak kollu li pprevediet il-Caritas, li taħdem direttament ma’ dawk li qed jippruvaw jikkumbattu magħhom infushom biex joħorġu minn dan il-vizzju. Kienet wissietna, u quddiem dak li seħħ f’dawn il-ġimgħat, issa jista’ jkollna stampa ferm aktar ċara ta’ kif inhija s-sitwazzjoni.
Hawn suq qawwi
4. F’dan għandna nagħrfu li waqt li qed naraw ħafna artikoli dwar kemm ix-xenarju huwa riformat, fil-fatt hemm ukoll kriminalità organizzata li qed timraħ ġmielha. Għax il-fatt waħdu li kellek, l-ewwel kunsinna enormi ta’ eluf ta’ kili ta’ kokaina li nqabdet dieħla fuq naħa; u fuq in-naħa l-oħra t-tieni kunsinna ta’ kannabis dieħla hija wkoll għandu jiftħilna għajnejna. Is-soltu, dawn il-qabdiet kbar kienu jkunu sejrin fi swieq barranin oħra, u jidħlu hemm biex joħorġu fi swieq akbar. Imma din id-darba għandek kokaina, fil-valur stmat ta’ madwar għoxrin miljun ewro, preċiżament stmata għas-suq intern tagħna. Punt li jitlob riflessjoni. Ċertament, bl-isforzi kollha li jsiru mill-forzi tal-ordni, li qed jaħdmu kontra l-kurrent u bi ftit mezzi, dan mhuwiex każ uniku. Evidentement ifisser iktar li għall-perjodu festiv hawn min qiegħed jara li jista’ jiġbor mingħand ulied din is-soċjetà dawn il-flejjes kbar b’iktar faċilità. Għax jidher li hawnhekk twieldet kilba tant kbira li s-suq għalihom huwa garantit. Allura t-teħid tad-droga ma naqasx, anzi ċertament żdied tant li sirna pjazza daqstant kbira.
Fid-dell
5. Dawk li huma wkoll involuti fid-dinja tal-kannabis, naħseb li f’din l-aħħar kunsinna qed jaraw is-sinjal ċar li għall-kuntrarju ta’ dak li stajna ngħatajna x’naħsbu, dak is-suq illegali baqa’ għaddej sewwa u ma naqqasx. Baqa’ sod u qawwi, jekk ma tqawwiex aktar għax jista’ jitħallat ma’ dak li huwa legali “b’faċilità”. Li persuna ddaħħal bl-ajru kunsinna bħal ma rajna jfisser li hawn suq qawwi għaliha wkoll. Issa dan irid iktar riflessjoni quddiem il-fatt li wieħed jista’ jkabbar il-kannabis huwa stess. Ix-xenarju qiegħed juri li dawk li jitħajru, jew li jiġu mħajra jikkunsmawha, mhuwiex jonqos imma qiegħed jiżdied. Xenarju iktar ikkumplikat quddiem il-fatt li l-liġi titlob, kif qrajna, emendi oħra li diġà ġew proposti lill-Gvern sabiex l-abbuż tad-drogi hekk definiti legalment bħala “cannabinoid products” tinbidel biex tirrestrinġi. Ir-riforma trid hija stess tiġi riformata mill-ġdid, u hemm bżonn niddeċiedu lejn fejn sejrin.
Favur jew kontra
6. Fil-verità, l-esperjenza tas-sekli turi li fil-kamp tad-droga, jew inti favur jew inti kontra. Diffiċli ħafna jkollok sieq naħa u sieq in-naħa l-oħra. B’dak li rajna jiżviluppa f’dawn is-snin huwa ċar li fis-soċjetà tagħna qed nitilfu l-battalja biex inrażżnu u nikkontrollaw. Qed nitilfu ulied u bnedmin li jistgħu jagħtu ħidma tajba favur is-soċjetà. Battalja li trid issir, u dan dejjem jekk għandna f’qalbna b’mod għoli l-prijorità li nassiguraw li kull persuna tkun parti attiva fis-soċjetà, u mhux imwarrba fil-ġenb. Fejn il-flus li wieħed jaqla’ bl-għaraq ta’ ġbinu jinvestihom u jħaddimhom għall-ġid tiegħu u ta’ familtu u mhux, kif qed naraw dejjem aktar, dawn il-flus jidħlu fl-idejn tat-traffikanti tad-droga. Dawk li m’għandhomx wisq skruplu għar-rigward tal-futur ta’ pajjiżna. Dawk li anzi, b’dak li seħħ sabu li minflok għalaqna, ftaħnilhom il-bieb beraħ biex ikomplu bl-attività illeċita tagħhom.
Libertà
7. Ħafna jitkellmu dwar li jkunu liberati minn ħakmiet umani varji. Oħrajn, f’isimha, daħlu f’ħabsijiet mentali u umani tagħhom. Imma aktar, f’dan għandna lok għal soċjetà li hemm bżonn tibda tagħraf li għandha tibda l-ġlieda tagħha sabiex kull bniedem ikollu affermata fis-sod il-libertà mid-dipendenza tad-droga. F’dawn is-snin dħalna fi sqaq dejjaq u qegħdin immissu man-nar. Diversi huma f’infern, fl-oppressjoni li sabu meta qegħdin jgħixu fit-triq li d-droga trendi. Wasal aktar il-mument li flok naggravaw, nirrealizzaw, sabiex ikollna ferm aktar bnedmin liberi. Fis-soċjetà maħkuma li għandna, nittamaw li diversi jifhmu li hemm bżonn passi lejn riforma biex verament nilliberaw irwieħna.
Merħba fil-blog tiegħi! F’dan l-ispazju nitfa l-kitbiet tiegħi, u għalhekk, il-ħsibijiet tiegħi. Nistiednek tgħidli l-fehema tiegħek billi tħalli kumment taħt il-posts hawn taht.
Showing posts with label Riforma. Show all posts
Showing posts with label Riforma. Show all posts
3.12.24
22.3.12
Parti mir-riforma
1. In segwitu għall-emendi li ġew konklużi fil-Kunsilli Lokali permezz tal-Att XVI tal-2009, permezz tal-Avviż Legali 63 tal-2010 daħal fil-seħħ il-Bord tal-Gvernanza Lokali. F’dak l-Att, daħlu fis-seħħ numru ta’ punti li permezz tagħhom eventwalment saru passi f’direzzjonijiet differenti. Bħala Ministru responsabbli mill-Kunsilli Lokali, bdejt niltaqa’ ma’ numru ta’ persuni li lkoll, b’xi mod jew ieħor, ġew effettwati minnhom. Uħud jitkellmu u jagħtu l-esperjenzi pożittivi u negattivi tagħhom, oħrajn tifhem minn azzjonithom l-opinjonijiet tagħhom fejn qegħdin. Il-maġġoranza huma però pożittivi u dawk li mhumiex, ħafna drabi jiftħulek għajnejk fuq dak li jista’ jinġieb ‘il quddiem u jiġi mtejjeb.
2. Mhux kull min huwa fis-settur jaf li, mill-2010 daħlu fis-seħħ numru ta’ regolamenti li qegħdin jagħtu rimedji ġodda liċ-ċittadini tagħna. Illum, minn sentejn ‘l hawn, beda jopera dan il-Bord ta’ Gvernanza li permezz tiegħu wieħed jista’ jirrikorri b’sempliċi ittra biex jingħata rimedju minn aġir kif definit fl-Avviż Legali, bħala amministrazzjoni ħażina. Dan għax dan il-Bord ingħata l-poter li jagħti, fejn jidhirlu, deċiżjoni fuq ilmenti varji li jaslu għandu. Minn meta daħal fis-seħħ l-Avviż Legali ġew reġistrati 65 każ, li minnhom ġew deċiżi 60, b’5 għadhom pendenti.
3. Skont l-artikolu 5, l-Bord tal-Gvernanza għandu l-funzjoni li jistħarreġ u jiddeċiedi fuq kull kwistjoni mressqa lilu dwar, l-ewwel, allegat abbuż jew deċiżjoni jew amministrazzjoni ħażina magħmulin minn rappreżentant elett, Segretarju Eżekuttiv jew xi uffiċjal ieħor, meta dak l-għemil ħażin ma jkunx wieħed ta’ xorta kriminali; it-tieni, kull ksur allegat tal-Kodiċi ta’ Etika għar-rappreżentanti eletti li jkun fis-seħħ fil-perjodu tal-ksur allegat; it-tielet, li kullilment minn xi membru tal-pubbliku fil-konfront ta’ xi rappreżentant elett, Segretarju Eżekuttiv, jew xi uffiċjal dwar xi amministrazzjoni ħażina; ir-raba’, kull ilment minn xi uffiċjal pubbliku jew entità pubblika jew privata fil-konfront tal-aġir ta’ xi rappreżentant elett, Segretarju Eżekuttiv, jew xi uffiċjal dwar xi amministrazzjoni ħażina u, il-ħames, li kull ilment minn xi membru tal-pubbliku, uffiċjal pubbliku jew xi entità pubblika jew privata fil-konfront ta’ xi deċiżjoni ta’ xi Gvern Lokali li permezz tagħha min jagħmel l-ilment iħares li b’xi mod tkun saret irregolarità, inġustizzja jew abbuż li ma jkunux ta’ xorta kriminali.
4. L-Avviż Legali jindika wkoll b’mod ċar x’inhija amministrazzjoni ħażina. Din hija definita bis-segwenti mod: “amministrazzjoni ħażina” tinkludi deċiżjonijiet minn rappreżentanti eletti jew uffiċjali ta’ xi Kumitat Reġjonali, Kunsill Lokali jew Kumitat Amministrattiv li jieħdu tul ta’ żmien mhux raġjonevoli mingħajr ebda ġustifikazzjoni, proċeduri li ma jkunux konsistenti addottati f’ċirkostanzi simili, l-għoti ta’ informazzjoni jew dokumentazzjoni żbaljata, jew deċiżjonijiet li ma jkunux skont il-liġi jew proċeduri statutorji, xi azzjoni li fl-implimentazzjoni tagħha toħloq inkonvenjent bla ħtieġa jew xi abbuż ta’ diskrezzjoni.
5. Għalhekk, permezz ta’ dan l-Avviż Legali nbdiet triq kompletament ġdida marbuta ma’ settur tal-ġustizzja amministrattiva. Infakkar li waħda mir-riformi li ġibna fis-seħħ tul din il-leġislatura kienet dik li permezz tagħha daħħalna liġi ġdida li bniet prinċipji ġodda. Għalhekk din hija wkoll kontinwazzjoni ‘l quddiem tal-bżonn li wieħed jipprovdi rimedji għal sitwazzjonijiet u kumplikazzjonijiet li jinqalgħu minn deċiżjonijiet amministrattivi. Meta Kunsill Lokali jieħu pożizzjoni fuq x’għandu jsir f’lokal, iċ-ċittadin għandu jkollu mod ta’ kif iressaq għall-konsiderazzjoni kif intlaqat u jitlob li jiġi mogħti rimedju.
6. Il-proċess tar-riforma fil-Kunsilli Lokali m’għadux wieqaf imma jrid ikompli għaddej, dejjem jekk irridu nassiguraw li jkollna istituzzjonijiet demokratiċi li jservu sew lill-poplu. M’għandux jiġi dubitat li dak li sar ftit tas-snin ilu kien fuq it-triq it-tajba. Dan il-Bord ta’ Gvernanza huwa xiehda oħra ta’ dan, però kif jiġri, ħaġa taqla’ oħra. Għalhekk hemm lok li nżommu l-proċess tal-bidla għaddej b’mod li s-sistema tista’ tlaħħaq miegħu. Il-Bord tal-Gvernanza diġà għamel il-ġid u tajjeb li nesploraw kif nistgħu ntejbu l-operat tiegħu, bħal li d-deċiżjonijiet meħuda minnu jiġu pubblikati. Dan huwa għall-futur li għandna kontinwament nippreparaw għalih għax hekk inkomplu nagħmlu dak li huwa sewwa.

Subscribe to:
Posts (Atom)
ĦAL TARXIEN/RAĦAL ĠDID – TRIQ NAZZARENU – XOGĦLIJIET
35817. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet...
-
27921. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu: Jista’ d-Deputa...
-
12444. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid...
-
10922. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qegħdin...