15.3.20

QRATI TA’ MALTA U GĦAWDEX – COMUNITY SERVICE ORDERS




13103. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza:
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm sentenzi fil-qrati ta Malta u Għawdex fejn kien hemm Comunity Service Order is-sena l-għaddiet u kemm kien hemm sigħat komplessivi stabiliti?

25/02/2020

  ONOR. EDWARD ZAMMIT LEWIS:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Qorti ta’ Malta fis-sena 2019 kien hemm 36 każ  ta Community Service Order b’ammont ta’ 7055 sigħat komplessivi.

Infurmat ukoll li fil-Qorti ta’ Għawdex fis-sena 2019 kien hemm każ wieħed ta Community Service Order li biha persuna ngħatat 200 siegħa.

Seduta  303
02/03/2020

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...