14.3.20

FORTIZZA TA' DELIMARA - FTUĦ PERMANENTI





13375. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jindika jekk tul din is-sena humiex ser jittieħdu passi sabiex il-Fortizza ta' Delimara tinfetaħ fuq bażi permanenti? Jista' jindika x’xogħlijiet ta’ restawr sar fiha f’dawn l-aħħar snin?

09/03/2020

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ma hemm l-ebda ħsieb li l-Forti ta’ Delimara tinfetaħ b’mod permanenti għall-pubbliku fil-futur qarib.

Tul dawn l-aħħar snin sar ħafna xogħol ta’ tindif li permezz tiegħu il-Fortizza u l-foss tagħha ġew illiberati minn tunnellati kbar ta’ terrapien u materjal ieħor li ġie mitfugħ fiha minn meta ġiet abbandunata għal meta kienet tintu¿a bħala razzett. Dan ix-xogħol kompla din is-sena bil-kollaborazzjoni tal-Cleansing and Maintenance Division.

Xogħol ta’ restawr s’issa ġie llimitat għal ftuh ta’ aperturi imblukkati u twaqqiegħ ta’ xi accretions.

Seduta  309
12/03/2020


No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...