14.3.20

DELIMARA - XROBB L-GĦAĠIN - XOGĦLIJIET





13374. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar: Jista' l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu biex iż-żona li hemm protetta f’Xrobb l-Għaġin f'Delimara jsirulha x-xogħlijiet neċessarji li hemm bżonn?

09/03/2020

ONOR. AARON FARRUGIA: Nitlob lill-Onor. Interpellant jiddentifika eżattament liema huma x-xogħlijiet necessarji li hemm bżonn isiru. Jekk qed jirreferi għal ħajt li jdawwar ż-żona protteta ġewwa Xrobb l-Ghagin, ninfurmah li s-sejħa għall-offerti ġiet konkluża u bħalissa għaddej l-perjodu ta’ appell fejn eventwalment wara jkun jista jibdew ix-xogħlijiet neċessarji fuq dan il-ħajt.

Seduta 309
12/03/2020

No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...