14.3.20

BORMLA - PEPPI DELCEPPO GROUND - TISWIJIET




13373. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid f’liema stat jinsab Peppi Delceppo Ground f’Bormla u jista' jindika meta ser jiġi rranġat biex jiġi użat mill-ġdid?

09/03/2020

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla li se tkun qiegħda tinħareġ sejħa għall-offerti mill-ġdid minħabba li l-ewwel sejħa kienet għola mill-istima.
Ix-xogħol ippjanat jikkonsisti f’bini mill-ġdid ta’ grawnd 5-a-side, playing field u xogħol anċillari ieħor. Dan mistenni li jkun lest sal-aħħar tas-sena 2021.

Seduta  309
12/03/2020

No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...