13392. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: B’referenza
għall-mistoqsija parlamentari 12875 jista' l-Ministru jindika kemm persuni
kkwalifikaw fit-talba tagħhom għall-parole
u kemm raw it-talba tagħhom miċħuda u dan min meta ġiet fis-seħħ l-Att dwar
il-Ġustizzja Riparatriċi sena b’sena?
09/03/2020
ONOR. BYRON CAMILLERI: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba
minnu dwar kemm persuni kkwalifikaw fit-talba tagħhom għall-parole u
kemm raw it-talba tagħhom miċħuda u dan minn meta ġiet fis-seħħ l-Att dwar
il-Ġustizzja Riparatriċi sena b’sena, tinsab fit-tabella hawn taħt:
Sena persuni
li kkwalifikaw
fit-talba
talba miċħuda
2013
13
37
2014
20
52
2015
24
47
2016
19
57
2017
19
28
2018
18
28
2019
21
37
Seduta 312
18/03/2020
No comments:
Post a Comment