13378. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru
jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13110 li oriġinarjament saret lill-Ministru
għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta
lilu u jara li jiġu introdotti miżuri inkluż tibdil fit-tabelli sabiex jiġi
mitigat is-sofferenza u l-perikolu li għaddejjin minnu r-residenti ta’ Triq
Annunzjata u Triq is-Sorijiet Ħal Tarxien invista tal-volum eċċessiv ta’
traffiku li qiegħed jgħaddi preżentement?
09/03/2020
ONOR. JOSÈ
HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat
mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li se jittieħdu passi f’dan ir-rigward u se
tkun qed titwaħħal tabella biex ma jkunx jista’ jsir tidwir fuq il-lemin (no turning right).
Seduta 310
16/03/2020
No comments:
Post a Comment