18.3.20

PALAZZ TAL-INKWIŻITUR - ŻJARAT




13382. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni żaru l-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu tul is-sena 2019, kif ukoll xi spejjeż saru u xi dħul kien hemm mill-istess post?

09/03/2020

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li żaru l-Palazz tal-Inkwiżitur tul is-sena 2019 kien jammonta għal 38,626.

Id-dħul finanzjarju ammonta għal €178,019.67 Id-dħul finanzjarju huwa relatat ma gift shop sales u entrance fees.

L-Ispejjeż ġenerali fuq l-istess sit ammontaw għal €127,257.06. Dawn huma relatati ma’ manutenzjoni, telefonija, tindif, dawl u ilma, kirja tal-bini, stationery, saħħa u sigurtà u organizazzjoni ta’ attivatijiet oħra.

Seduta  311
17/03/2020

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...