14.3.20

AWTORITÀ TAL-IPPJANAR – POLICIES RIGWARD ĦSEJJES U INKONVENJENZI MINN STALAZZJONI TA’ AIR CONDITIONING JEW FRIDGES INDUSTRIJALI


13200. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’policies hemm fis-seħħ mill-Awtorita tal-Ippjanar għar-rigward ta’ ħsejjes u inkonvenjenzi li jinqalgħu lill-ġirien minħabba l-istallazzjoni ta’ apparat marbut ma’ air conditioning jew fridges industrijali?

03/03/2020

  ONOR. AARON FARRUGIA:  Ninsab infurmat li l-Awtorita’ Dwar l-Ippjanar ghandha zewg policies relatati mal-kwistjoni.  Id-dokument ta’ politika DC2015 fih zewg provvedimenti.  Dak f’G47 jitlob li air conditioning units ma jitpoggewx fejn jistghu ikunu ta’ inkonvenjent, specjalment bil-lejl, u allura m’ghandhomx jitpoggew fejn kmamar tas-sodda u titlob ukoll li chillers ma jitpoggewx fuq bjut.  Min-naha l-ohra dak f’P38 ta’ l-istess document jitlob ukoll li ghal uzijiet kummercjali f’basements, air conditioning units u fridges m’ghandhomx ikunu ta’ inkonvenjent lill-girien.

Seduta  306
09/03/2020

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...