15.3.20

PRIM AWLA TAL-QORTI ĊIVILI U L-QORTI TAL-MAĠISTRATI – ITTRI UFFIĊJALI EŻEKUTTIVI





12892. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati ittri uffiċjali eżekuttivi taħt l-artikolu 166A fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili u l-Qorti tal-Maġistrati f’Malta u Għawdex is-sena li għaddiet 2019?

05/02/2020

  ONOR. EDWARD ZAMMIT LEWIS:  Ninsab infurmat li n-numru ta’ ittri uffiċjali ppreżentati ai termini tal-artikolu 166A (Kap. 12) fl-2019 fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili (Malta) kien ta’ 180 filwaqt li 54 ittra uffiċjali ġew reżi eżekuttivi. Fl-istess perjodu 3654 ittra uffiċjali ai termini tal-artikolu 166A (Kap. 12) ġew ippreżentati fil-Qorti tal-Maġistrati (Malta) filwaqt li 718-il ittra ġew reżi eżekuttivi.

In-numru ta’ ittri uffiċjali ppreżentati ai termini tal-artikolu 166A (Kap. 12) fl-2019 fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), fil-kompetenza Superjuri Ċivili tagħha kien ta’ 6 filwaqt li ittra waħda uffiċjali ġiet reża eżekuttiva. Fl-istess perjodu 186 ittra uffiċjali ai termini tal-artikolu 166A (Kap. 12) ġew ippre¿entati fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), Inferjuri Ċivili, filwaqt li 13-il ittra ġew reżi eżekuttivi.

Seduta  302
26/02/2020

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...