15.3.20

EMENDI BIEX MIN JILĦAQ L-ETÀ TAL-PENSJONI JKUNU JISTGĦU JAĦDMU PART-TIME


13108. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jikkonsidra li jsiru l-emendi sabiex persuni li jilħqu l-età tal-Pensjoni jkunu jistgħu jkomplu jaħdmu part-time mill-ewwel u mhux jistennew?

25/02/2020

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, persuna li tilħaq l-età tal-pensjoni, bi ftehim ma’ min iħaddimha, jew inkella tkun taħdem għaliha nnifisha, tista’ tibqa’ taħdem kemm fuq bażi part-time kif ukoll full-time.

Seduta  304
03/03/2020


No comments:

FIĊ-ĊIRKOSTANZI LI NINSABU

1. Għandi dubji fuq kemm id-dinja mxiet ’il quddiem f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena. B’ “’il quddiem” nifhem il-progress li jitkatta...