14.3.20

AWTORITÀ TAL-AMBJENT – POLICIES RIGWARD NOISE POLLUTION




13199. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’policies hemm fis-seħħ mill-Awtorità tal-Ambjent għar-rigward ta’ ħsejjes u inkonvenjenzi li jinqalgħu lill-ġirien minħabba l-istallazzjoni ta’ apparat marbut ma’ air conditioning jew fridges industrijali?

03/03/2020

  ONOR. AARON FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħsejjeż tat-tip li qed jirreferi għalihom, jiġiefieri għal storbju fil-viċinat (‘neighbourhood noise’), ma jaqgħux fil-kwadru tar-regoli amministrati mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi li r-responsabbiltà tagħha hija biss għal ħsejjes fl-ambjent (‘environment noise’). Madakollu il-ministeru tieghi kien qed jipprepara ligi ad hoc fuq sorbju fil-vicinat (‘neighbourhood noise’) u din ser tinhareg ghall-konsultazzjoni pubblika fil-gimghat li gejjin.

Seduta  306
09/03/2020


No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...