3.6.19

ĠNIEN DOM MINTOFF - XOGĦLIJIET U NEFQA


10290. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol finalment sar fuq Ġnien Dom Mintoff ġewwa Raħal Ġdid? Jista' jindika kemm effettivament ġie minfuq fuq il-proġett kollu?

29/05/2019

  ONOR. KONRAD MIZZI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn huma x-xogħlijiet kollha li saru fi Ġnien Duminku Mintoff:
·               Saru ’l fuq 2000 sqm ta’ passaġġi skont id-disinn il-ġdid b’sub-base li jinkludi fih is-servizzi kollha neċessarji ta’ dawl u ilma. 
·               Inbnew żewġ ġibjuni li flimkien jammontaw għal aktar minn 500 metru kubu ta’ ilma, bil-għan li jinġabar l-ilma tax-xita li jinġema’ fil-wied. 
·               Ġiet mibnija ukoll pump room  bil-għan li l-ilma li jinġabar fil-ġibjuni jerġa’ jintuża għat-tisqija tal-pjanti u siġar, u anke biex jitħaddmu ż-żewġwater features li saru. 
·               Saru żewġwater features - waħda naturali  li timtela’ mill-ġibjun u l-oħra magħmula apposta għad-divertiment tat-tfal li tuża ilma mill-provvista diretta tal-gvern biex ikun sigur għat-tfal;
·               Sar ammont konsiderevoli ta’ xogħol ta’ tisbiħ u landscaping.
·               Inżabru s-siġar kollha tal-ġnien, tpoġġiet ħamrija ġdida, kif ukoll 75 siġra u 23,000 pjanti u fjuri.
·               Ġiet installata ukoll sistema totalment ġdida ta’ irrigazzjoni b’tul ta’ aktar minn 4km, liema sistema tissupplixxi l-ilma għal pjanti u s-siġar skont il-bżonn tal-istaġun.
·               Twaħħlu total ta’ 53 bank ġdid.
·               Saru 3 bike racks ġodda.
·               Ġew installati 6 kontenituri tar-reċiklaġġ u 3 bins għal ħmieġ tal-klieb.
·               Saret bankina ġdida mad-dawra tal-ġnien twila kważi 400 metru.
·               Twaħħlu 14-il CCTV Camera li huma wireless u mgħammra apposta sabiex jissorveljaw iż-żona anke fid-dlam.
·               Il-ġnien ġie mgħammar b’dawl adekwat li jinkludi 60 bollard tad-dawl baxxi, 16-il pole tad-dawl għoljin u 11 uplighters tas-siġar.
Dan l-investiment sewa miljun ewro.

Seduta  230
03/06/2019

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...