10365. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru
jgħid x’xogħlijiet saru u huma previsti li jsiru tul din is-sena ġewwa Triq
il-Ġiżimin f’Santa Luċija? Jista’ jindika l-ispiża approssimattiva jew
definittiva?
03/06/2019
ONOR. IAN
BORG: Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’sodisfazzjon ninnota li
l-Oppożizzjoni qed tkompli tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib
tat-toroq, wara li għal għexieren ta’ snin ma sarux l-interventi meħtieġa biex
din l-infrastruttura tibqa’ tlaħħaq mal-ħtieġijiet u l-aspirazzjonijiet
tal-familji u n-negozji Maltin, waqt li ssostni b’mod sħiħ il-progress ekonomiku
u soċjali tal-pajjiż. Ninnutaw ukoll li l-istess Oppożizzjoni, inqas minn sena
ilu, ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Nifirħu
lill-Oppożizzjoni li issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ Infrastructure
Malta, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din
l-aġenzija hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar.
Il-Gvern dejjem poġġa
t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna fuq quddiem nett tal-ħidma tiegħu. Dan
l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent
biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura
tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda
mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
F’Jannar li għadda,
Infrastructure Malta bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista
tat-toroq residenzjali li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena ffinanzjati
mill-investiment ta’ €700 miljun. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew
waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f’toroq oħrajn. Fl-istess
waqt, tħabbret ukoll it-tieni sejħa għall-offerti li għadha fl-istadju ta’
aġġudikazzjoni, sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta’ madwar
170 triq oħra.
Triq il-Ġiżimin f’Santa
Luċija hija fil-lista tal-ewwel 120 triq residenzjali u din qed tinbena mill-ġdid
bħalissa.Fit-tieni lista mbagħad hemm toroq oħrajn f’Santa Luċija - Triq
il-Gardenja, Triq il-Bruka u Triq iż-Żnuber.
Seduta 239
19/06/2019
No comments:
Post a Comment