4.6.19

EUROPEAN ASYLUM SUPPORT OFFICE - INIZZJATTIVI MILL-MINISTERU



10306. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi ttieħdu bejn il-Ministeru u l-European Asylum Support Office tul is-sena li għaddiet u din is-sena? Jista’ jgħid jekk hemmx kwistjonijiet pendenti?

29/05/2019

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2018 il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ u l-European Asylum Office (EASO) kienu msieħba fit-tieni edizzjoni tal-inizjattiva tal-‘Migration Media Award’. Din l-inizjattiva hija mħejjija b’kollaborazzjoni bejn il-program ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea Euromed Migration IV, mmexxija mill-International Centre for Migration Policy Development (ICMPD) u l-Open Media Hub. 

Il-‘Migration Media Award’ ifittex li jippremja l-eċċellenza ġurnalistika fir-reġjun Ewro-Mediterranju u jippromwovi rappurtar dwar il-migrazzjoni ibbażat fuq il-fatti.  Din is-sena l-Ministeru u l-EASO huma għal darb'oħra msieħba fit-tielet edizzjoni tal-‘Migration Media Award’, flimkien mal-Bank Ewropew għall-Investiment. Iċ-Ċerimonja tal-Premjazzjoni hija mistennija li ssir lejn l-aħħar tal-2019.

Il-kwistjonijiet imqajma mill-EASO jirrigwardaw privileġġi għall-Membri tal-Persunal u l-Organizzazzjoni nnifisha, privileġġi li kemm il-membri u l-Organizzazzjoni huma intitolati taħt il-Ftehim dwar is-Sede bejn il-Gvern ta' Malta u l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ għall-Ażil, iffirmat fl-24 ta 'Mejju 2011 kif ukoll il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea u l-Avviż Legali 2016/2014

Seduta  232
04/06/2019


No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...