4.6.19

CENTRAL MEDITERRANEAN SECURITY INITIATIVE - INIZJATTIVI.



10304. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex sejrin jittieħdu inizzjattivi oħra tul din is-sena fi ħdan is-Central Mediterranean Security Initiative (CMSI) u jista’ jinforma x’kien r-riżultat tal-laqgħa li saret f’ April 2019?

29/05/2019

ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tieni edizzjoni tal-Inizjattiva Dwar is-Sigurta Tal-Mediterran Centrali(CMSI) saret mill-1 sal-5 ta’ April 2019, sena wara l-ewwel edizjoni ta’ April 2018 . Din l-Inizjattiva teżamina r-rwol emerġenti u ewlieni li għandha Malta fil-qasam tas-sigurtà fil-Mediterrann Ċentrali u li ġabet flimkien l-awtoritajiet kompetenti mill-Eġittu, Italja, Franza, Libja, Malta, t-Tuneżija u l-Istati Uniti, fosthom id-Dwana, l-Forzi Armati, l-Pulizija u d-Divijoni tal-Kummerċ u esperti fuq Sanzjonijiet ta’ Malta.

Matul il-jiem ta’ l-Inizjattiva, saru diskussjonijiet fuq ix-xogħol li qed isir u kif il-koperazzjoni reġjonali tista’ tiġi msaħħa iktar f’diversi oqsma. Ir-riżultat ewlieni ta' din l-Inizjattiva huwa s-suċċess tagħha: Malta ospitat din l-inizjattiva mal-Ambaxxata Amerikana f’Malta u l-ħsieb huwa li tkompli ssir din il-ħidma fi gruppi ffukati bejn il-pajjiżi parteċipanti biex ikompli jitkattar l-iskambju ta' informazzjoni reġjonali u tissaħħaħ r-responsabbiltà reġjonali fil-ġlieda kontra l-kriminalità organiżżata transnazzjonali.

Seduta  232
04/06/2019

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...