4.6.19

JOBSPLUS - PERSUNI BARRANIN - PERMESS GĦALL-ĦIDMA




10296. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għal persuni ta’ nazzjonalità li mhix dik ta’ dawn il-gżejjer sabiex jingħataw l-permess biex jaħdmu ma' Jobsplus tul din is-sena?

29/05/2019

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn Jannar sa l-aħħar t'April tal-2019, Jobsplus irċeviet 2,734 talba għal permess ta’ xogħol (Employment Licence) minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Dawn l-applikazzjonijiet ġew prinċipalment sottomessi minn applikanti li qed ifittxu ażil f’Malta, benefiċjarji ta’ protezzjoni nazzjonali u internazzjonali, residenti fit-tul u ċittadini oħra ta’ pajjiżi terzi li mhumiex eliġibbli biex japplikaw għal Single Residence/Work Permit. Minn Jannar sa l-aħħar t’April 2019, Jobsplus irċeviet ukoll 9,565 talba għal permess ta’ Single Residence/Work Permit.

Seduta  231
03/06/2019

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...