15.6.19

PROĠETT MARBUT MAL-ISF




10316. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jgħid f’liema pożizzjoni jinsab il-proġett marbut mal-ISF (Fond għas-Sigurtà Interna) b’mod partikolari wara l-Avviż  numru TMFA 002/2019?

30/05/2019

ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-Tender TMFA 002/2019 Ex-Post Evaluation of Internal Security Funds (ISF) (2014-2020) projects implemented by the Ministry for Foreign Affairs and Trade Promotion jinkludi l-ingaġġ ta’ konsulenti biex jevalwaw proġetti li l-Ministeru ser ikun qed jimplimenta taħt il- Programm Fond ta’ Sigurta’ Interna 2014-2020.  

Taħt dan il-programm il-Ministeru ser ikun qed jimplimenta erba’ progetti:
-  7.01:      Training in Schengen and Immigration Matters
-  7.02:      Operational Costs
-  7.03:      Re-engineering and Operational Costs of the National Visa Information System (N-VIS)
-  8.03:      Upgrade and Refurbishment of Consular Posts

Il-proġetti kollha għadhom fl-istadji inizjali.  L-iskop tal-ingaġġ kmieni fil-proġetti huwa sabiex il-konsulent/i ikun/u qed jevalwa l-andament tal-proġetti tul it-twettiq tagħhom u mhux fl-aħħar meta jiġu konklużi.  

Seduta 234
10/06/2019


No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...