10362. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru
jgħid x’xogħlijiet saru u huma previsti li jsiru tul din is-sena ġewwa Triq
is-Sur il-Fgura jew hux se jsiru partijiet biss tagħha? Jista’ jindika l-ispiża
approssimattiva jew definittiva?
03/06/2019
ONOR. IAN
BORG: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’sodisfazzjon ninnota li
l-Oppożizzjoni qed tkompli tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib
tat-toroq, wara li għal għexieren ta’ snin ma sarux l-interventi meħtieġa biex
din l-infrastruttura tibqa’ tlaħħaq mal-ħtieġijiet u l-aspirazzjonijiet
tal-familji u n-negozji Maltin, waqt li ssostni b’mod sħiħ il-progress
ekonomiku u soċjali tal-pajjiż. Ninnutaw ukoll li l-istess Oppożizzjoni, inqas
minn sena ilu, ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Nifirħu
lill-Oppożizzjoni li issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ Infrastructure
Malta, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din
l-aġenzija hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar.
Il-Gvern dejjem poġġa
t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna fuq quddiem nett tal-ħidma tiegħu. Dan
l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent
biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà
tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq
b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar
fis.
F’Jannar li għadda,
Infrastructure Malta bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista
tat-toroq residenzjali li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena ffinanzjati
mill-investiment ta’ €700 miljun. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew
waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f’toroq oħrajn. Fl-istess
waqt, tħabbret ukoll it-tieni sejħa għall-offerti li għadha fl-istadju ta’
aġġudikazzjoni, sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta’ madwar
170 triq oħra.
Triq is-Sur fil-Fgura hija
inkluża fl-ewwel kuntratt b’valur totali ta’ €53.5 miljun. Fil-lokalità
tal-Fgura hemm ukoll Triq Ġdida fi Triq l-Għarnuq fil-lista tal-ewwel 120 triq residenzjali li
diġà tlestiet, Triq Buqexrem li qed tinbena mill-ġdid bħalissa u Sqaq Rjallu.
Fit-tieni lista mbagħad hemm ukoll Triq l-Għarnuq u Triq San Xmun fil-Fgura.
Seduta 238
18/06/2019
No comments:
Post a Comment