19.1.15

Min hu Coeliac vittma ta’ Gvern xħiħ fis-settur tas-saħħa



Il-Partit Nazzjonalista jitħasseb bis-serjetà dwar l-aħħar żviluppi li se jintlaqtu b’mod dirett bihom persuni li huma Coeliac. Dak li ħabbar aktar kmieni din il-ġimgħa s-Segertarju Parlamentari Chris Fearne huwa nsult għal kull min hu Coeliac.

Fil-jiem li għaddew, ix-Shadow Minister għas-Saħħa Claudette Buttigieg għamlet kuntatt mas-Coeliac Association Malta fejn ġie diskuss il-voucher li se jdaħħal il-Gvern għal persuni li huma Coeliac.

Il-Partit Nazzjonalista jappoġġja lill-Assoċjazzjoni fl-insistenza li qed tagħmel mal-Gvern biex l-ammont ta’ €30 fix-xahar jiżdied biex jirrifletti verament in-nefqa ta’ dawn il-persuni kull xahar fuq prodotti speċifiċi u li jkunu addattati għall-kundizzjoni tagħhom.

Gvern serju u li veru jisma’ ma jaqbadx u jiddeċiedi dawn l-affarijiet mingħajr konsultazzjoni. Huwa ċar li d-deċiżjoni tal-Gvern hija waħda insensittiva u li tirrifletti biss it-tixħiħ tal-Gvern fis-settur tas-saħħa.

18.01.15

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...